Il-UĦM se tibqa tassisti l-ħaddiema tal-Arrow Pharm anke fid-dawl li s’issa għada ma rċeviet l-ebda riżenja uffiċċjali mingħand l-ebda membru tagħha.
“Hija kontra l-etika tredjunjonistika li jsir tixwix u poaching tal-ħaddiema f’mument daqshekk delikat u meta dawn jkunu għaddejjn minn żmien diffiċli bħal dan” qal is-Segretarju Ġenerali Josef Vella.
Il-UĦM irnexxilha ġġib ftehim fuq numri ta’ aspetti tal-pakkett finanzjarju li se jieħdu l-ħaddiema u dan intlaħaq wara ż-żewġ laqgħat li saru mal-Kumitat tar-Rapreżentanti fil-preżenza tal-Kumitat tal-Ħaddiema. Madanakollu, il-UĦM tisħaq li għada għaddejja bin-negozjati mal-management.
“Waqt li l-UĦM ma tapprezzax li f’mumenti daqshekk delikati bħal dawn, unjin oħra tagħmel tfixkil, twiegħed il-ħaddiema tal-Arrow Pharm li l-UĦM tirrispetta kull deċiżjoni li jieħdu u kif l-istess unjin dejjem għamlet fl-interess tagħhom. Dan l-atteġġjament jista jwassal għal instabilita’ tredjunjonitika” tenna is-Segretarju Ġenerali Josef Vella.