fbpx

IL-Ministru Marie Louise Coleiro Preca u is-Segretarju Parlamentari Dr. Franco Mercieca tattendi laqgħa għall-ħaddiema ta’ San Vincenz De Paule organizzata mill-UĦM

svprmtg

Nhar it-Tnejn 22 ta’ Lulju 2013 il-UĦM organizzat laqgħa ta’ djalogu għall-membri tagħha fl-Isptar San Vincenz De Paule mall-Onorevoli Franco Mercieca u l-Ministru Coleiro Mercieca.

Din il-laqgħa saret wara li l-Ministru Coleiro Preca ikkonfermat id-disponibilita tagħha għat-talba li saret mill-UĦM waqt laqgħa li saret kmieni il-ġimgħa preċedenti tal-laqgħa.

Matul din il-laqgħa il-membri tal-UĦM kellhom l-opportunita’ jistaqsu numru ta’mistoqsijiet dwar l-impjieg, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-futur tagħhom fi ħdan San Vincenz De Paule.

Il-Ministru Coleiro Preca u l-Onorevoli Franco Mercieca wieġbu id-diversi mistoqsijiet li qamu waqt din il-laqgħa, filwaqt li kien hemm ukoll commitment mil-Ministru sabiex iktar mistoqsijiet jiġu mwieġba f’laqgħat ohra li ser isiru mat-Taqsima tas-Saħħa fi ħdan il-UĦM.

Il-UĦM tirraprezenta diversi kategoriji ta’ ħaddiema fl-SVPR fosthom Carers, Nursing  Aides, Paramediċi, Social Assistants u Security officers u ħaddiema amministrattivi.

Intant il-UĦM temmen fi djalogu kontinwu kemm fil-livel settorali kif ukoll dak nazzjonali u għaldaqstant filwaqt li turi is-sodissfazzjoni li l-Ministru Coleiro Preca uriet id-disponibilta’ tagħha għal din il-laqgħa hi sodisfatta ukoll għal-laqgħa li saret li kien hemm aktar minn 100 membru prezenti.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment