Dan l-aħħar fi statistika tal-eurostat intwera li l-istrateġija ekonomika kienet immirata lejn il-ħolqien ta’ aktar xogħol.
Fil-fatt skond l-istess statistika tal-eurostat ikkonfermat li din l-istrateġija kienet qed tħalli rizultati pozittivi.
Din il-policy qed ukoll tiġi murija fil-ħidma li qed twettaq il-UĦM favur il-ħolqien ta’ aktar postijiet tax-xogħol. Fil-fatt ftit taz-zmien ilu f’intervista mal-President u s-Segretarju Ġenerali tal-UĦM Jesmond Bonello u Josef Vella rispettivament semmew il-ħidma u l-attitudni li qed turi l-UĦM fit-tfassil ta’ dokument intitolat “Active Labour Market Policy” liema dokument juri t-triq għall-ħolqien ta’ aktar postijiet tax-xogħol.