Illum il-UĦM b’unur laqgħet fil-kwartieri ġenerali lill-Eċċellenza Tagħha, l-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca.
Għal din iż-żjara, l-E.T. il-President Coleiro Preca ġiet milqugħa mis-Segretarju Ġenerali tal-UĦM, is-Sur Josef Vella flimkien mal-President tal-UĦM is-Sur Jesmond Bonello u l-Viċi President tal-UĦM, is-Sur Edwin Balzan.
Matul iż-żjara tal-Eċċellenza Tagħha, il-President ġiet imdawwra mal-uffiċċji amministrattivi tal-unjin kif ukoll mal-istaff kollu flimkien mal-membri tal-Kunsill Ġenerali tal-UĦM.
Wara saret laqgħa straordinarja fis-sala tal-Kunsill fejn saru interventi kemm mis-Segretarju Ġenerali tal-UĦM, is-Sur Josef Vella u kif ukoll mill-Eċċellenza Tagħha, l-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca.
Il-membri tal-kunsill kellhom ukoll l-opportunita li jagħmlu xi mistoqsijiet lill-Eċċellenza Tagħha, l-President ta’ Malta.
Fl-okkażżjoni ta’ din iż-żjara, Segretarju Ġenerali tal-UĦM, is-Sur Josef Vella ppreżenta tifkira flimkien ma’ donazzjoni lil Malta Community Chest Fund lill-Eċċellenza Tagħha, l-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca.