fbpx

Il-UĦM u l-NCHFE jiffirmaw il-Ftehim Kollettiv

It-Taqsima Edukazzjoni u Kura  tal-Union Ħaddiema Maqgħudin (UĦM) u National Commission for Further and Higher Education (NCHFE) iffirmaw il-Ftehim Kollettiv tal-ħaddiema li jaħdmu ma din il-Kummisjoni.

Dawn huwa l-ewwel ftehim kolletiv għal ħaddiema tal-NCHFE. Permess ta’ dan il-ftehim qegħdin jitjiebu kundizzjonijiet tax-xogħol għall-ħaddiema kif ukoll jinkludu titjieb fis-salarji.

B’sodisfazzjon din l-Unjin turi l-apprezzament tagħha għall-livel ta’ diskussjonijiet produttivi u r-rieda ġenwiena mill-partijiet kollha sabiex wasslu għal Ftehim Kollettiv li jippremja x-xogħol siewi tal-ħaddiema li jaħdmu f’dan l-qasam u rieda tal-Management biex kontinwament itejjbu s-servizz.

Dan il-ftehim ġie spjegat u approvat mill-maġġoranza tal-ħaddiema.

F’isem il-UĦM, il-Ftehim Kollettiv kien iffirmat minn, Isabelle Farrugia, Segretarju tat-Taqsima Edukazzjoni u Kura u Louisa Pace Kiomall, Shop Steward, filwaqt li għan-naħa tal-NCHFE iffirmat Edel Cassar, Chief Executive Officer u Sur Alex Manche’ għan-nom taċ-Chairman.

Dan il-Ftehim Kollettiv jkopri lill-ħaddiema sal-31 ta’ Diċembru 2016.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment