fbpx

Il-UĦM tingħata l-għarfien ewlieni tal-Environmental Health Officers

Il-UĦM ingħatat l-għarfien ewlieni sabiex tirrappreżenta lill-Environmental Health Officers (magħrufin bħala Health Inspectors) fi ħdan il-Gvern. Dan sar wara li l-maġġoranza assoluta tal-ħaddiema taw fiduċja lill-UĦM u ssieħbu magħha.

Il-UĦM ilha diversi xhur, u saħansitra snin, taħdem sabiex dawn il-professjonisti jingħataw l-importanza xierqa.

Fil-jiem li ġejjin il-UĦM se tkompli taħdem sabiex jimtlew numru ta’ vakanzi li hemm pendenti u jingħataw postijiet tax-xogħol li huma adegwati għall-bżonnijiet u l-ħtiġiet tagħhom.

Aktar minn hekk il-UĦM, permezz tat-Taqsima Servizzi tas-Saħħa, se tkompli tenfasizza li dawn il-ħaddiema professjonisti għandhom jingħataw grad li hu xieraq lejn ir-responsabbiltajiet u d-dmirijiet tagħhom. Hu importanti li dawn il-ħaddiema ma jitqisux bħala professjonisti ta’ klassi inferjuri minn oħrajn.

F’dan ir-rigward il-UĦM, fil-jiem li ġejjin, se tara li ssir laqgħa apposta mad-Diviżjoni tas-Saħħa sabiex tindirizza dawn in-nuqqasijiet.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment