fbpx

Il-UĦM titlob laqgħa urġenti dwar l-Aġenzija Sapport

Il-UĦM talbet laqgħa urġenti lill-Ministru Michael Farrugia u lis-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana, dan wara li l-UĦM irċiviet diversi telefonati minn ħaddiema inkwetati dwar l-awtonomija tal-Aġenzija Sapport kif imħabbra fil-midja lokali.

L-UĦM f’korrispondenza mibgħuta lil Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali għamlita ċara li mhux aċċettabli li aħbar bħal din tiġi mħabbra fil-midja qabel ma jkun hemm konsultazzjoni xierqa mal-UĦM bħala l-unjin rikonoxxuta tal-ħaddiema.

Din is-sitwazzjoni hija waħda sensittiva li tirrikjedi li jkun hemm djalogu meħtieġ bil-għan li jkun assigurat li ħadd ma jitlef l-ebda kundizzjoni ta’ xogħol.

Il-UĦM itenni li tistenna koperazzjoni sħiħa mill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali bil-għan li ħaddiema ma jibqgħux fil-għama.

Is-Segretarju Ġenerali tal-UĦM Josef Vella qal li l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema fl-Aġenzija Sapport għandkom ikunu salvagwardjati u l-qgħada tagħhom f’din l-aġenzija m’għandiex tkun preġudikata.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment