It-Taqsima Servizzi tas-Saħħa tal-Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM) illum irċiviet ittra mill-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali fejn fiha intalab sabiex il-Union tirtira id-Direttivi ordnati minħabba n-numru ta’ Trasferimenti f’San Vinċenz de Paule. B’risposta għal din il-korrispondenza, it-Taqsima Servizzi tas-Saħħa ikkonfermat ir-rieda tajba tal-istess Taqsima sabiex tiddiskuti u tiltaqa’ dwar dawn it-Trasferimenti fiċ-ċirkustanzi li dawn it-trasferimenti jiġu sospiżi sakemm isiru id-diskussjonijiet neċessarji li jwasslu għal-qbil aħħari dwar il-kriterji ta’ kif għandhom isiru dawn it-trasferimenti.
Intant, it-Taqsima llum ġiet infurmata bi trasferimenti oħra fl-istess settur fejn għal-darb oħra it-Taqsima kellha tirrikorri għal-provedimenti industrijali oħra sabiex tissalvagwardja l-interessi tal-membri tagħha.