XXXIII Kungress Nazzjonali tal-UHM

Nhar it-3 ta’ Diċembru 2021, se jsir il-Kungress Nazzjonali tal-UHM Voice of the Workers bl-isem ta’ Leħen il-Ħidma…Leħen Rebbieħ. F’dan il-kungress ser jattendu d-delegati tal-Union. Skont artiklu A.2.1. tal-istatut kull membru attiv jista’ jissottometti dawn li ġejjin: nomini għall-ogħla uffiċjali tal-Union apparti dik tad-Deputat Kap Eżekuttiv; emendi għall-istatut u mozzjonijiet Dawn imbagħad ser jiġu deċiżi…

Budget li reġa’ ma ndirizzax ċertu inġustizzji fost il-ħaddiema

It-Taqsima Port u Trasport tal-UĦM Voice of the Workers tinnota li fil-Budget, il-Gvern naqas milli jindirizza diversi anomaliji li jeżistu bħalissa fil-liġi tax-xogħol. Dan filwaqt li din l-Union ilha snin tagħmel proposti biex l-impjegati ma jkunux affettwati ħażin. Waħda mill-problemi ewlenin li ma ġewx indirizzati f’dan il-Budget hi li mhux il-ħaddiema kollha qed jitħallsu bir-rata…

Budget b’miżuri soċjali, ftit fuq reputazzjoni

Fl-ewwel reazzjoni tagħha għall-Budget 2022 il-UĦM Voice of the Workers  issostni li dan kien Budget b’sensiela ta’ miżuri soċjali iżda li fih inqas enfasi fuq il-viżjoni ekonomika fit-tul u ftit li xejn dwar kif se tissewwa r-reputazzjoni ta’ Malta. Il-UĦM tilqa d-deċizjoni li jiddaħħal il-portal tal-kuntratti tax-xogħol minkejja li diġà kien issemma fil-Budget tal-2016.  Dan…

Proposti għall-Budget 2022

Il-UĦM Voice of the Workers ippreżentat aktar minn 100 proposta konkreta u tanġibbli għall-Budget tal-2022 fosthom miżuri biex Malta ma’ tibqax fil-lista l-griża, biex ikun miġġieled il-prekarjat u biex jogħla l-livell tal-għixien tal-familji. F’konferenza tal-aħbarijiet il-Kap Eżekuttiv tal-UĦM Josef Vella sostna li l-Budget li jmiss m’għandux ikun biss sensiela ta’ miżuri tekniċi iżda messaġġ qawwi…

Impjegati ma’ jitħallsux fil-ħin

Impjegati tal-Fondazzjoni tal-Konkattidral ta’ San Ġwann tħallew bla paga u ma tħallsux fil-ħin bi ksur tal-ftehim kollettiv. Dan wassal biex il-UĦM Voice of the Workers toħroġ direttivi lill-ħaddiema. Din ma kinitx l-ewwel darba li seħħ dan in-nuqqas. Kien nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Settembru meta l-ħaddiema kienu notifikati permezz ta’ e-mail mill-Fondazzjoni li fiha ntqal li…

M’għandux ikollna ‘Mini-Awtoritàjiet tas-Saħħa’

Il-UĦM Voice of the Workers qed tirċievi diversi ilmenti minn ħaddiema minħabba proċeduri rigward miżuri tal-Covid-19 fejn kull post tax-xogħol qed jieħu l-inizjattiva li joħroġ ir-regoli tiegħu. Dan qed iġib konfuzjoni sħiħa fil-postijiet ta’ xogħol u juri biċ-ċar li minflok il-pajjiż qed jaddotta strateġija waħda, kull post ta’ xogħol qed iġib ruħu daqs li kieku…

Il-lista l-ġriża hija tagħna lkoll

L-aħbar li Malta tpoġġiet fil-lista l-griża mill-FATF hi daqqa mortali għar-reputazzjoni tal-pajjiż li setgħet ġiet evitata għax is-sħab iswed ilu jidher sa mill-2016 iżda t-twissijiet li kienu saru fosthom mill-UĦM Voice of the Workers ma ttieħdux bis-serjetà. Ir-reputazzjoni ta’ Malta ilha sejra lura b’sensiela ta’ skandli ta’ korruzzjoni u governanza ħażina fosthom il-ftehim dwar il-privatizzazzjoni…

UĦM Voice of the Workers bi sħubija mal-Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal u ĠEMMA dwar l-edukazzjoni dwar il-kapaċità finanzjarja

Il-Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal u l-UĦM Voice of the Workers illum iffirmaw sħubija strateġika biex jaħdmu flimkien, permezz ta’ ĠEMMA (il-pjattaforma tal-edukazzjoni dwar il-kapaċità finanzjarja tal-Gvern), lejn it-titjib tal-kapaċità finanzjarja personali taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin matul l-avvenimenti tal-ħajja, inkluż l-irtirar, biex ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet finanzjarji infurmati aħjar li jaqblu…

Il-Gvern qed jonqos mill-obbligi legali tiegħu lejn ħaddiema li jaħdmu fl-isptarijiet tiegħu stess

Il-ħaddiema kollha li fl-1 ta’ Jannar ta’ din is-sena kellhom jiġu trasferiti minn ma’ Steward Health Care għal mal-Gvern, skont ftehim milħuq mill-UĦM Voice of the Workers, ippreżentaw petizzjoni lid-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne. Dan wara li l-Gvern ma onorax dan il-ftehim li kien intlaħaq f’Novembru tas-sena li għaddiet b’detriment għal dawn…

Il-UĦM tikkundanna l-attakk fuq uffiċjal ta’ Transport Malta

Il-UĦM Voice of the Workers tikkundanna l-attakk kodard li kien hemm nhar is-Sibt li għadda fuq uffiċjal tal-infurzar ta’ Transport Malta waqt il-qadi ta’ dmirijietu fl-Imrieħel minn ħaddiema ta’ kuntrattur lokali.  Huwa inaċċettabbli li persuna jmur għal ġurnata xogħol u jkun attakkat, umiljat jew imxekkel milli jaħdem b’xi mod. Ġara x’ġara qabel dan l-attakk, il-vjolenza…