fbpx

Azzjoni industrijali fil-Malta Freeport

Il-UĦM illum tat direttiva ta’ Go Slow fil-Malta Freeport minħabba li għalkemm ghadhom għaddejjin it-taħditiet bejn iż-żewġ partijiet, il-management tal-Malta Freeport xorta ddeċċieda li japplika il-Forced Leave.

“Din hija sitwazzjoni mhux aċċettabli. Il-UĦM trid twassal il-messaġġ ċar li għandu jkun hemm proċess ta’ djalogu soċjali bejn iż-żewġ partijiet u wara li nkunu eżawrejna bejnietna dal-proċess  għandhom jittieħdu d-deċiżjonijet u mhux qabel” stqarr is-Segretarju Ġenerali tal- UĦM, Josef Vella.

Il-UĦM sodisfatta li l-Forced Leave li ngħata ġie sospiż u se jkomplu t-taħditiet normali fil-jiem li ġejjin biex tinstab solluzzjoni fl-aħjar interess tal-partijiet kollha.

Il-UĦM tilqa b’sodisfazzjon l-appoġġ li ntwera mill-ħaddiema tal-Freeport b’mod speċjali lill-kumitat tal-ħaddiema.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment