fbpx

Azzjonijiet Industrijali fl-Ispettorat tas-Saħħa

Il-Ħaddiema tal-Ispettorat tas-Saħħa ilhom għal dawn l-aħħar 4 ġimgħat għaddejjin b’azzjonijiet industrijali ordnati mit-Taqsima Servizzi tas-Saħħa tal-Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM).

Dan minħabba li, għalkemm il-UĦM u l-Gvern ilhom minn Marzu tal-2011 jiddiskutu ftehim ġdid għal din il-kategorija, il-Gvern, bla ebda raġuni, waqqaf id-diskussjonijiet fis-6 ta’ Novembru.

Għalhekk, filwaqt li l-Union reġgħet ikkuntattjat lill-Gvern u stenniet li jkollha proposti bil-miktub sabiex jiġi evitat azzjonijiet industrijali, dan fil-fatt ma seħħx.  Sussegwentament, din it-Taqsima ordnat serje ta’ azzjonijiet industrijali għal dawn il-ħaddiema fosthom:

  • mhux isir użu minn mezzi ta’ komunikazzjoni
  • twaqqif ta’ proċessar ta’ applikazzjonijiet ta’ liċenzji li għandhom x’jaqsmu mal-MEPA u MTA u Kummerċ
  • Ma jittieħdux u ma jinħadmux ilmenti tal-pubbliku
  • Ma jsirx proċessar tal-pakketti tal-posta ghall-użu personali
  • Mhux isir teħid ta’ kampjuni tal-ikel u tal-ilma

L-Ispettorat tas-Saħħa hu magħmul minn 90-il impjegat li fost l-oħrajn jagħmlu dawn ix-xogħolijiet:

  • Jassiguraw li l-ikel u x-xorb jasal fi stat tajjeb għand il-konsumatur. Dan jinkludi wkoll spezzjonijiet fi stabbilimenti u istituzzjonijiet tal-ikel.
  • Jigu nvestigati każijiet relatati mas-saħħa pubblika u mas-saħħa ambjentali.
  • Proċessar ta’ importazzjoni mill-Portijiet, Amministrazzjoni taċ-Cimiterji.

Għaldaqstant, l-azzjonijiet jieqfu meta d-diskussjonijiet jitkomplew u l-Union ikollha proposti mill-Gvern li huma kemm sodisfaċenti, kif ukoll aċċettabbli għal din il-kategorija.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment