fbpx

Azzjonijiet industrijali mill-UĦM

Illum iddaħħlu fis-seħħ l-azzjonijiet industrijali li t-Taqsima Ħaddiema mal-Gvern tal-Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM) tat lill-gradi fil-klassi tas-Servizz Ġenerali u dik tal-Messaġġiera.

Id-direttiva li bdiet fis-seħħ illum, hija sabiex dawn il-ħaddiema ma jagħmlux użu minn mezzi ta’ komunikazzjoni bħal telefon, mobajl, email u fax. Il-UĦM għandha l-konferma li tali direttiva kienet ta’ success sħiħ fejn il-maġġoranza tad-Dipartimenti kienu qed jobdu l-istruzzjonijiet maħruga mill-UĦM.

Il-UĦM ilha diversi xhur tinsisti mal-Gvern sabiex jigi rivedut il-ftehim settorali għall-ħaddiema fil-gradi tas-Servizz Ġenerali u dak tal-klassi ta’ Messaġġiera. Il-ħaddiema fis-Servizz Ġenerali huma l-ħaddiema kollha fil-gradi ta’ Skrivan (Clerk), Skrivan Anzjan (Senior Clerk), Uffiċjal Eżekuttiv (Executive Officer), Uffiċjal Assistent Prinċipali (Assistant Principal), Uffiċjal Prinċipali (Principal), Uffiċjal Prinċipali Anzjan (Senior Principal). Fil-klassi tal-Messaġġiera wieħed isib il-gradi ta’ Messenger, Senior Messenger u Officer in Charge of Minor staff.

Intant kmieni dalgħodu l-UĦM irċeviet email bi draft tal-ftehim, iżda għal raġunijiet mhux magħrufa l-amministrazzjoni naqset milli tindika data tal-iffirmar. Il-UĦM qed tinsisti sabiex tali ftehim jiġi ffirmat mill-aktar fis possibbli u jkunu magħrufa wkoll meta tali applikazzjonijiet u eżamijiet ser iseħħu.

Sadanittant id-direttivi ser jibqgħu fis-seħħ.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment