Rikonoxximent għall-Ħidma tal-UĦM

4246651-Palazzo_Ferreria_Valletta_Malta_VallettaWara li l-Gvern irtira mill-pożizzjoni tiegħu fuq it-transfers ‘xejn trasparenti’ li kienu se jidħlu fis-seħħ fl-isptar San Vincenz De Paul, kienu l-gazzetti, news portals u meżżi oħra tax-xandir li taw rikonoxximent ghall-hidma li wetqet il-UĦM. Il-UĦM tinnota b’sodisfazzjon li l-maġġoranza kbira tal-kummenti tal-poplu jifirħu lil UĦM u jiddeskrivuha bħala tarka tal-ħaddiema. Dawn huma l-links għall-istejjer li dehru fil-media dwar din il-kwestjoni:

Rebħa mill-UĦM għall-Ħaddiema fir-Rigward tat-Trasferimenti ‘Xejn Trasparenti’ f’SVPR

4246651-Palazzo_Ferreria_Valletta_Malta_VallettaF’laqgħa li saret il-bieraħ, 11 ta’ Ġunju 2013 bejn it-Taqsima Servizzi tas-Saħħa fi’ ħdan il-Union Ħaddiema Magħqudin u il-Ministeru tas-Solidarjeta’ Soċjali fejn komplew jiġu diskussi in-numru ta trasferimenti ‘xejn trasparenti’ li saru f’dawn l-aħħar ġimgħat f’San Vincenz de Paule.

Il-UĦM Tmexxi Laqgħat Pożittivi Dwar Il-Qagħda Fl-Isptar San Vinċenz

_DSC1675

It-Taqsima Servizzi tas-Saħħa fi’ ħdan il-UĦM illum  ippartecipat f’laqgħa oħra mal-Ministeru tas-Solidarjeta’ Soċjali fejn tkomplew id-diskussjonijiet dwar it-Trasferimenti ‘xejn trasparenti’ f’SVPR. F’din il-laqgħa il-UHM irnexxiela tikkonvinci lill-ufficjali fil-Ministeru sabiex jigu diskussi kemm l-issues individwali kif ukoll l-issue kollettiva ta’ kif issiru t-trasferiment b’mod aktar trasparrenti u b’aktar meritokrazzija.

Ebda zblokk fil-kwestjoni tat-trasferimenti ‘xejn trasparenti’

Gian-Paul-Gauci

It-Taqsima Servizzi tas-Sahha tal-Union Haddiema Maghqudin, fuq talba tas-Segretarju Permanenti fil-Minsiteru tas-Solidarjeta’ Socjali, illum regghet iltaqghet mal-istess Ministeru sabiex jitkomplew id-diskussjonijiet fuq id-diversi trasferimenti li saru fl-Isptar San Vincenz f’dawn l-ahhar jiem.

It-Taqsima Servizzi tas-Sahha tal-UHM ghal darb’ohra fl-imsemmija laqgha resqet ghad-diskussi il-kriterja stabiliti ta’ kif ghandhom isiru it-trasferimenti u l-prassi ta’ kif dawn it-trasferimenti normalment jinhargu. Mandankollu wara li spiccat din il-laqgha baqa ma ntlahaqx qbil fuq il-kriterja ta’ trasferimenti u fuq liema bazi l-haddiema ghandhom jigu trasferiti. Apparti hekk, din it-Taqsima baqghet minghajr twegiba ghal mistoqija li ilha ssir mill-haddiema milquta: fuq liema prassi intghazlu dawn il-haddiema minn ohrajn.

Government admits not consulting residence unions – Times of Malta article

Article taken from Times of Malta print,  30th May 2013, pg. 4. Written/Compiled by Kurt Sansone

st vincent de pauleStaff transfers at St Vincent de Paul were based on “operational requirements”, according to the Government, which has admitted that unions were not informed.

The transfers have ruffled the feathers of the Malta Union of Midwives and Nurses and the Union Haddiema Maghqudin, the two unions represented, at the State home that houses almost 1,200 elderly residents.

 

Aktar trasferimenti fil-Ministeru għall-Familja u is-Solidarjeta’ Soċjali

st vincent de pauleIt-Taqsima Servizzi tas-Saħħa tal-Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM) illum irċiviet ittra mill-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali fejn fiha intalab sabiex il-Union tirtira id-Direttivi ordnati minħabba n-numru ta’ Trasferimenti f’San Vinċenz de Paule. B’risposta għal din il-korrispondenza, it-Taqsima Servizzi tas-Saħħa ikkonfermat

Il-UĦM tordna Azzjonijiet Industrijali f’SVPR minħabba n-Numru ta’ Trasferimenti li ingħataw ħesrem

UHM-New-logo

It-Taqsima tas-Servizzi tas-Saħħa fi’ ħdan il-UĦM ordnat azzjonijiet industrijali fl-Isptar San Vinċens de Paul. Dan minħabba li l-Maniġment ta’ SVPR (San Vinċens de Paul) ħareġ numru sostanzjali ta’ trasferimenti l-Ġimgħa, b’effett għat-Tnejn ta’ wara.

Dan għal-Union hu inaċċettabbli li l-Maniġment joħroġ trasferimenti hekk ħesrem, bl-iskuża ta’ riforma fejn dawn it-trasferimenti saru mingħajr ebda tip ta’ mudell stabbilit bħal-ngħidu aħna Last In, First Out.

New Shop Steward

UĦM would like to thank Mr Charles Micallef for serving as a shop steward at the Occupational Health and Safety Authority (OHSA) for the past years, and congratulates the newly elected shop steward Mr Clint Cachia.