Aktar rispett lill-ħaddiema sabiex ‘il quddiem ikollhom pensjoni adekwata

“Jekk irridu rridu nirrispettaw lill-ħaddiema trid issir ħidma fuq il-pensjonijiet sabiex dawn mhux biss ikunu sostenibbli imma adekwati”. Dan ħareġ minn żjara ta’ kortesija li l-management tal-UĦM Voice of the Workers għamel lill-President ta’ Malta George Vella fil-Palazz, il-Belt nhar it-Tnejn 22 ta’ April 2019. Għal din iż-żjara kienu preżenti Jesmond Bonello, Direttur; Edwin Balzan,…

Ħtieġa ta’ pjan nazzjonali dwar l-użu aħjar tal-fondi Ewropej

F’laqgħa li saret mal-kandidat independenti għall-Parlament Ewropew Antoine P. Borg nhar  it-Tnejn 15 ta’ April 2019, tqajjem it-tħassib li f’Malta m’hawnx pjan nazzjonali dwar kif se nisfruttaw il-fondi li jinkisbu mill-Unjoni Ewropea. Antoine P. Borg, li huwa gradwat fil-Computing u jgħix fi Praga, stqarr li jeżistu ħafna fondi Ewropej li l-pubbliku Malti ma tantx jaf…

Iffirmat ftehim kollettiv għall-ħaddiema tal-Wasteserv

It-Taqsima Manifattura u Servizzi tal-UĦM Voice of the Workers iffirmat il-ftehim kollettiv għall-ħaddiema tal-Wasteserv Ltd. Dan wara li l-union kellha diversi laqgħat mal-ħaddiema fil-gradi kollha li approvaw unanimament dan il-ftehim kollettiv. Wasteserv Limited, direttament u indirettament, timpjega aktar minn 700 ħaddiem li jinkludu ħaddiema professjonisti, oħrajn fl-amministrazzjoni, tekniċi u ħaddiema b’irwoli oħrajn. Dan il-ftehim se jkun qed itejjeb il-kundizzjonijiet…

Iffirmat ftehim settorali ta’ klassi ġdida ta’ ħaddiema

Il-UĦM Voice of the Workers u l-Ministeru tas-Saħħa ffirmaw ftehim settorali għal klassi ġdida ta’ ħaddiema, dik tal-Medical Physicists. F’konferenza tal-aħbarijiet li saret fil-Ministeru tas-Saħħa nhar it-Tnejn 8 ta’ April 2019, Josef Vella, Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers, esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal dan il-ftehim settorali. Hu qal li l-Medical Physicist hija professjoni…

L-inġiniera fil-FMS se jgawdu minn ftehim kollettiv ġdid

Il-UĦM Voice of the Workers u l-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS) iffirmaw ftehim kollettiv li jikkonċerna lill-inġiniera li  jaħdmu fi ħdan  il-Fondazzjoni. Il-ftehim, li jkopri l-perijodu 2018 – 2022, fost oħrajn se jkun qed itejjeb is-salarji tal-inġiniera u se jagħtihom opportunita’ biex jimxu ‘l quddiem fil-karriera tagħhom. F’kelmtejn tal-okkażjoni, Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice…

Il-UĦM tikseb ir-rikonoxximent tal-grad Manigerjali fil-EUPA

Il-UĦM Voice of the Workers ingħatat ir-rikonoxximent ewlieni  tal-grad manigerali fil-European Union Programme Agency (EUPA). Il-UĦM Voice of  the Workers kienet resqet it-talba tar-rikonoxximent fit-13 ta’ Frar 2019 wara li l-maġġoranza assoluta tal-managers issieħbu bħala membri fil-union. Minn eżerċizzju ta’ verifika li sar mid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u l-Impjiegi (DIER) fil-25 ta’ Frar 2019, irriżulta li…

Ħtieġa li l-pensjonijiet  ikunu  mibnija fuq pedamenti sodi

F’dawn l-aħħar ġranet il-Prim Ministru ġie rapportat li ddikjara li mingħajr il-barranin ma nkunux nistgħu nħallsu  l-pensjonijiet. It-Taqsima tal-Pensjonanti tal-UĦM Voice of the Workers jidhrilha li: Jekk dan hu minnu allura dan ifisser li l-pajjiż mhux qed jippjana u jħares ‘il quddiem sabiex il-pensjonijiet ikunu mibnija fuq pedamenti sodi. Wieħed lanqas ma jista’ jeskludi li numru…

It-Tribunal Industrijali għandu jitmexxa minn Maġistrat

“It-Tribunal Industrijali għandu jitmexxa minn maġistrat full-time u mhux minn Chairman maħtur mill-Ministru”. Dan qalu Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers waqt konferenza bit-tema The Reform of the Industrial Tribunal – Why is it necessary, organizzata mill-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem (MEA) fil-Lukanda Excelsior, il-Furjana l-Erbgħa 20 ta’ Frar 2019. Hu fakkar…

Bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja

Il-UĦM Voice of the Workers tilqa’ l-aħbar dwar il-ftehim politiku proviżorju li ntlaħaq fil-jiem li għaddew bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Ministri sabiex tkun introdotta direttiva rigward il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja għall-ġenituri u l-carers. L-istess direttiva se tkun qed tintroduċi rekwiżiti bażiċi li jeħtieġu jiġu implimentati mill-istati membri kollha tal-Unjoni Ewropea. Il-union faħħret lill-Ewro…

Sena oħra ta’ ħidma imprezzabbli b’risq il-ħaddiema li ssarrfet f’riżultati pożittivi

F’kelmtejn tal-okkażjoni waqt riċeviment għall-pensjonanti, Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers, fisser il-ħidma imprezzabbli li l-union għamlet b’risq il-ħaddiema li ssarrfet f’riżultati pożittivi. L-attivita’ saret f’Villa Arrigo, San Pawl tat-Tarġa l-Erbgħa 19 ta’ Diċembru 2018. Hu stqarr li saru ħafna ftehim kollettivi u settorali u ta’ dan kollu rringrazzja lill-managers u…