Il-UHM Voice of the Workers tinnota li r-regolamenti tad-dixxiplina l-ġodda tas-Servizz Pubbliku baqgħu ma jindirizzawx problemi serji li ilhom ikarkru snin sħaħ. Dan minkejja li l-UHM ilha tinsisti sabiex isiru l-emendi meħtieġa. Waħda mill-emendi prinċipali hija li uffiċjali pubbliċi jiġu sospiżi b’nofs paga bażika meta jkunu taħt xi investigazzjoni jew proċess kriminali. Permezz tal-prinċipju fundamentali…
Category: News
Gaetano Tanti – Għalina li ġejna mrawwmin fit-trejdunjonizmu taħtu, llum tlifna missier
Il-UĦM Voice of the Workers issellem lil Gaetano Tanti, eks President tal-UHM Voice of the Workers li miet fl-età ta’ 66 sena. Gaetano Tanti, kien strumentali għal-UHM Voice of the Workers fejn ħadem għat-tisħiħ tar-relazzjonijiet industrijali u djalogu soċjali. Fil-karriera twila tiegħu jibqa’ mfakkar mhux biss għall-kontribut fil-qasam trejdjujonistiku iżda fuq kollox għall-ħila tiegħu li…
Inkjesta pubblika tista’ tidentifika nuqqasijiet istituzzjonali
Il-UHM Voice of the Workers tixtieq turi sogħba tagħha għal kull mewt u inċident li jsir fuq il-post ta’ xogħol, liema inċidenti huma l-aktar fis-settur tal-kostruzzjoni. Il-UHM Voice of the Workers tappella biex is-settur tal-kostruzzjoni jagħmel riformi u liġijiet biex l-ħaddiema f’dan il-qasam jkunu salvagwardjata. Għandu jkun hemm emendi leġislattivi bil-għan li l-OHSA jkunu involuti…
Il-COLA u l-Bolla m’għandhomx ikunu intaxxati
Iż-żieda għall-għoli tal-ħajja għandha tingħata kollha u m’għandiex tibqa’ tiġi intaxxata għax fil-preżent parti minn dan il-kumpens qed jerġa’ jmur fil-but tal-Gvern. Bl-istess mod il-ħlas li jmur għall-kontribuzzjoni soċjali, jiġifieri l-bolla, m’għandux ikun intaxxat. Il-UHM Voice of the Workers għamlet dan l-appell waqt konferenza fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħaddiem li matulha kienu diskussi temi attwali fosthom…
Il-UHM se tieħu sehem fil-protesta nazzjonali
Il-UHM Voice of the Workers se tieħu sehem fil-protesta nazzjonali li se ssir nhar il-Ħadd li ġej fil-Belt, li ssejħet wara d-deċiżjoni storika tal-Qorti li annullat il-ftehim tal-isptarijiet bejn il-Gvern u Steward Health Care. Barra minn hekk il-UHM se tkun qed tattendi wkoll fl-isfond tal-kawża separata li fetħet kontra l-Gvern, wara li dan tal-aħħar ma…
Ftehim kollettiv għal-Kurja tal-Arċisqof
Il-Kurja tal-Arċisqof u l-Union Ħaddiema Magħqudin innegozjaw u kkonkludew ftehim kollettiv ġdid għall-impjegati tal-Kurja u t-Tribunal Ekkleżjastiku li jkopri s-snin 2023-2025. Dan il-ftehim ġie ffirmat nhar it-12 ta’ Jannar mis-Segretarju Amministrattiv tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, is-Sur Michael Pace Ross u l-Kap Eżekuttiv tal-UĦM Voice of the Workers, is-Sur Josef Vella. Dan il-ftehim jirrikonoxxi l-kompetenza, l-esperjenza u…
Azzjonijiet industrijali mill-UHM fid-Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili
Il-UHM Voice of the Workers ordnat azzjonijiet industrijali fid-Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili fi Transport Malta li hu r-regolatur tat-trasport bl-ajru fil-Gżejjer Maltin. Dan id-direttorat hu responsabbli wkoll mis-sigurtà tal-ajruplani, liċenzjar, u l-ftehim internazzjonali għas-servizzi bl-ajru. Taħt din id-direttiva l-impjegati mhux qed jużaw mezzi ta’ komunikazzjoni interni u esterni fosthom telefons u email. L-azzjonijiet industrijali kienu ordnati…
Miżuri dwar l-għoli tal-ħajja iżda ftit li xejn fuq viżjoni ekonomika fit-tul u ambjent
Fl-ewwel reazzjoni tagħha għall-Budget 2023, il-UHM Voice of the Workers tinnota li dan kien fih miżuri biex jittaffa l-impatt tal-għoli tal-ħajja imma nieqes minn direzzjoni ekonomika, miżuri ambjentali u viżjoni fit-tul. Il-UHM Voice of the Workers tesprimi s-sodisfazzjon li l-Gvern laqgħa l-proposta xprunata minnha bl-appoġġ tal-unions ewlenin l-oħra dwar il-COLA u biex tkun imħarsa r-relattività…
Tibdil fil-Kundizzjonijiet tax-Xogħol għandhom jiġu diskussi mal-Union
Il-UĦM Voice of the Workers, il-bieraħ bagħtet ittra lis-Segretarju Permanenti Ewlieni, is-Sur Tony Sultana, sabiex issir laqgħa biex tiddiskuti tibdil fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema kollha tas-Servizz Pubbliku. Fil-Ġimgħa li għaddiet, is-Segretarju Permanenti Ewlieni, flimkien mat-tim tiegħu, ltaqa’ mal-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku fejn stqarr illi “Is-servizz pubbliku se jimbarka fuq proċess biex ir-regolamenti tad-dixxiplina jiġu riveduti.” Aktar tard…
Front wieħed tal-unions favur il-ħaddiema
Il-Forum Unions Maltin, il-General Workers Union, il-Konfederazzjoni tat-Trade Unions Maltin, flimkien mal-UHM Voice of the Workers qed jitolbu laqgħa mal-Gvern biex ikun diskuss mekkaniżmu ġdid taż-żieda tal-għoli tal-ħajja (COLA) f’ċirkostanzi eċċezzjonali. Din l-inizjattiva qed tittieħed fid-dawl tas-sitwazzjoni preżenti u bla preċedent li wasslet biex il-COLA fil-Budget li ġej se tkun qed titla’ għal livell rekord…
Recent Comments