Il-Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM) irċeviet numru ta’ ilmenti mingħand ħaddiema li sal-lum kienu jmexxu d-day centres imferrxin f’Malta. Dan wara li ġew mhedda mis-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana jumejn ilu.
Category: News
L-MEP Miriam Dalli żżur l-uffiċċji tal-UĦM
Uffiċjali tal-UĦM iltaqgħu mal-Ewro Parlamentari Laburista Miriam Dalli fil-kwartieri tal-union fil-Furjana dalgħodu.
Aktar rispett lill-ħaddiema tal-Enemalta kif ukoll lill-ħaddiema u l-pazjenti fl-Isptar Mater Dei
F’laqgħa li saret bejn uffiċjali tal-UĦM ma’ Therese Comodini Cachia, ix-Shadow Minister għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u Claudette Buttigieg, ix-Shadow Minister għas-Saħħa, ġiet enfasizzata l-importanza tar-rispett li għandu jingħata lill-ħaddiema tal-Enemalta kif ukoll lill-ħaddiema fl-Isptar Mater Dei u lill-pazjenti rikoverati fl-istess sptar.
Aggredit minn membri tal-GWU impjegati mat-Trasport Pubbliku
Il-UĦM qed tikkundanna aggressjoni fil-konfront ta’ Segretarju ta’ Taqsima tagħha li seħħet dalgħodu fid-depot tal-kumpanija Malta Public Transport (MPT) li jinsab fil-Park and Ride tal-Furjana.
Referenza qarrieqa fuq il-faċċata tal-ġurnal L-Orizzont tas-16 ta’ Frar 2015
“Dak li Gvern Laburista għamel f’inqas minn 25 xahar mal-General Workers’ Union (GWU), qatt ma għamlu l-Partit Nazzjonalista lill-UĦM f’25 sena….lanqas biss resaq qrib” sostna is- Segretarju Ġenerali tal-UĦM, Josef Vella.
Rebħa oħra mill-UĦM għax-xufiera tat-trasport pubbliku
Tilwima Industrijali bejn it-Taqsima Port u Trasport tal-UĦM u l-Malta Public Transport Services, imħaddma mill-Gvern, intemmet b’konferma ċara mit-Tribunal Industrijali li l-management tal-Malta Public Transport Services (kumpanija tal-Gvern) naqas milli jagħmel il-verifika ta’ sħubija ta’ liema Union għandha l-maġġoranza tax-xufiera f’dan il-post tax-xogħol.
It-Trasferiment u l-Lista Sigrieta fl-Enemalta
Il-ħaddiema ta’ l-Enemalta huma mħawwdin wara li l-lista ta’ postijiet mal-Gvern fejn dawn il-ħaddiema suppost jistgħu japplikaw sabiex jiġu trasferiti wara li jispiċċa l-impjieg tagħhom mal-Enemalta qed tinżamm sigrieta mill-kumpanija.
L-UĦM tinsisti li jitjiebu li-kundizzjonijiet ta’ xogħol fil-FES
Il-UĦM qed tinsisisti li jitjiebu l-kundizzjonijiet ta’ xogħol tal-ħaddiema fi ħdan l-Fondazzjoni ta’ Servizzi Edukattivi.
Il-UĦM twaqqaf transfers fl-Enemalta
Nhar il-Ġimgħa 30 ta’ Jannar, il-UĦM kellha laqgħa urġenti mal-maniġment tal-Enemalta peress li numru ta’ ħaddiema membri tal-UĦM ingħataw transfers mingħajr ebda konsultazzjoni u saħansitra kontra l-ftehim kollettiv.
Il-UĦM tistaqsi jekk is-suq tal-fuel hux verament liberalizzat
Il-UĦM tinsab mħassba bl-iżvilupp li seħħ riċenti dwar pompa partikolari tal-petrol li ma tħallitx tnaqqas il-prezz tal-fuel għall-konsumaturi.
Recent Comments