fbpx

Delegazzjoni mill-UĦM f’laqgħa mas-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Dr. Chris Fearne

Delegazzjoni mill-UĦM komposta minn Josef Vella, Segretarju Ġenerali, Jesmond Bonello, President u Gian Paul Gauci, Segretarju tat-Taqsima tas-Servizzi tas-Saħħa kellhom laqgħa kordjali ma’ delegazzjoni mill-Ministeru tas-Saħħa u l-Enerġija , magħmula minn Dr Chris Fearne, Segretarju Parlamentari għas -Saħħa, Joseph Rapa, Segretarju Permanenti, Christian Zammit, Chief of Staff u Dr. Joyce Cassar, Direttur tar-Riżorsi Umani.

Dr. Fearne beda biex saħaq fuq l-importanza ta’ laqgħat u konsultazzjoni mal-Unions minħabba li s-settur tas-Saħħa huwa ta’ mportanza kbira għall -pajjiż. Huwa qal ukoll li permezz ta’ dawn il-laqgħat wieħed isib is-soluzzjonijiet meħtieġa u li huma ta’ benefiċċju għas-settur kollu.

Min naħa l-oħra, Josef Vella beda biex l-ewwel irringrazzja lit-tobba u l-infermiera għax-xogħol siewi u bla rażan tagħhom. Iżda żied billi rringrazzja wkoll is-27kategorija oħra ta’ ħaddiema u professjonisti għax-xogħol tagħhom. Dawn il-kategoriji huma: id-Dentisti, Fizjoterapisti, Occupational Therapists, Podoligisti, Speech Language Pathologists, Dental Technologists, Dental Hygenists, Medical laboratory scientist, Spizjara, Pharmacy Technician, ECG technicians, Sewwieqa tal-Ambulanzi, Nursing aides, Paramedic aides, Health assistants, Care workers, Clerks, Customer care officials, Administration managers, Technicians, Social workers, Health Inspectors, Social assistants, Assistant Care Workers, Ward Clerks, Phlebotomists u Scientific officers, kif ukoll kull min b’xi mod jew ieħor jagħti kontribut lis-settur tas-saħħa.

Is-Sur Vella insista li mingħajrhom żgur li dan is-settur ikun nieqes minn numru sostanzjali ta’ servizzi essenzjali li jtejbu l-għajxien, il-kwalita’ tal-ħajja u fuq kollox isalvaw ħajjet in-nies.

Josef Vella appella biex kulħadd jagħmel ħiltu kollha biex jagħti servizz aħjar għal l-benifiċċju tas-soċjeta. Huwa kkonkluda billi tenna li l-UĦM se tikkonsulta mal-Ministeru b’mod regolari biex tkompli tkun ta’ għajnuna f’dan il-qasam.

UĦM Press Office

11 ta’ April, 2014

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment