Dan l-aħħar tħabbar li t-Taqsima Entitajiet Publiċi tal-Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM) kien ser ikollha tieħu passi industrijali mhux biss għax il-ftehim kollettiv tal-ħaddiema ta’ l-Awtorita’ dwar il-Mediċini kien ilu snin itawwal biex jiġi konkluż. Hekk qed jiġri f’Entitajiet oħra. Anki l-Ftehim Kollettiv tas-Servizz Publiku ilu żmien jiġi negozjat u għadu mhux iffirmat.
Din li ftehim fl-oqsma tal-Gvern idumu snin biex jiġu konklużi u iffirmati jiskoragixxi lill-istess ħaddiema u qed jolqot wkoll lill-pensjonanti fl-aġġustament tal-pensjoni tagħhom.
F’din is-sitwazzjoni l-UĦM ser tkompli bil-ħidma tagħha u jekk jinħass il-bżonn ser iżżid l-isforzi tagħha sabiex il-ħaddiema u l-pensjonanti jieħdu dak li ħaqqhom.