fbpx

Ħaddiema tal-kumpanija Waldorf Auto Services Company Ltd (Hyundai) jissieħbu mall-UĦM

hyundai-car-logo

Il-maġġoranza assoluta tal-impjegati tal-kumpanija Waldorf Auto Services Company Ltd (Hyundai) fil-jiem li għaddew irriżenjaw minn Unjin oħra u issieħbu fil-Union Ħaddiema Maqgħudin fejn ġew organizzati fit-Taqsima Manifattura u Kummerċ fi ħdan il-UĦM.

It-Taqsima Manifattura u Kummerċ, permezz tal-President tal-UĦM  Jesmond Bonello, iltaqgħet mall-ħaddiema fejn kien hemm diskussjoni fuq in-neċċesitajiet tal-ħaddiema fosthom il-fatt li l-ftehim kollettiv ilhu ma jiġi ffirmat mis-sena 2010. Fl-istess laqgħa ġie wkoll elett Shop Steward ġdid li f’isem dawn il-ħaddiema ser jaħdem flimkien mat-Taqsima Manifattura u Kummerċ bil-għan li jiġu mtejjba l-kundizzjonijiet ta’ dawn il-ħaddiema.

Intant it-Taqsima Manifattura u Kummerċ tal-UĦM kitbet uffiċċjalment lid-Direttur Maniġerjali tal-Waldorf Auto Services Company Ltd (Hyundai) sabiex jingħata rikonoxximent trejdjunjonistiku ewlieni u kif ukoll biex il-UĦM tkun tista’ tibda bin-negozjati fuq numru ta’ materji fosthom il-Ftehim Kollettiv.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment