fbpx

Il-UĦM isellem lil Joe Micallef

Il-bieraħ filgħodu il-Union Ħaddiema Maqgħudin (UĦM) ġiet informata li ex Uffiċjal tal-UĦM, Joe Micallef kien għadda għall-għarrieda għall-ħajja ta’ dejjem.

Bejn 1997 u 1999, Joe Micallef kien jokkupa il-kariga ta’ Segretarju tat-Taqsima Ħaddiema mal-Gvern u fl-1998 ġie maħtur ukoll bħala Assistent Segretarju Ġenerali tal-UĦM. Is-Sur Micallef kien trejdjunjonista eżemplari fix-xogħol tiegħu. Barra minn hekk, is-Sur Micallef okkupa diversi karigi importanti fi ħdan is-Servizz Pubbliku bl-għola waħda dik ta’ Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.

Il-quddies “presente cadavere” bħala l-aħħar tislima lis-Sur Micallef ser isir illum l-Erbgħa 29 ta’ Awwissu 2012 fis-2:30pm ġewwa l-Knisja ta’ Santa Tereża, B’Kara.

Il-UĦM turi s-sogħba tagħha u tibgħat il-kondoljanzi lill-familjari tas-Sur Micallef f’dan il-mument diffiċli.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment