It-Taqsima Edukazzjoni, Kultura u Rikreazjoni tal-Unjin Ħaddiema Maqgħudin (UĦM) u s-Seminarju tal-Arċisqof iffirmaw il-Ftehim Kollettiv tal-ħaddiema lajċi li jaħdmu fis-Seminarju.
Permess ta’ dan il-ftehim qegħdin jitjiebu numru ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol għall-ħaddiema li jinkludu kemm titjieb fis-salarji b’ħolqien ta’ allowances ġodda, kif ukoll kundizzjonijiet oħra mhux monetarji.
B’sodisfazzjon din l-Unjin turi l-apprezament tagħha għal livel ta’ diskussjonijiet produttivi u r-rieda ġenwiena mill-partijiet kollha sabiex wasslu għal Ftehim Kollettiv li jippremja x-xogħol siewi tal-ħaddiema u l-isforzi tal-Management biex kontinwament itejjeb il-livel tas-servizz li joffru fis-Seminarju.
Dan il-ftehim ġie spjegat u approvat mill-maġġoranza tal-Ħaddiema f’laqgħa li nżammet ftit ġranet qabel.
F’isem il-UĦM, il-Ftehim Kollettiv kien iffirmat minn Josef Vella, Segretarju Ġenerali, Isabelle Farrugia, Segretarju tat-Taqsima Edukazzjoni, Kultura u Rikreazjoni u Simon Azzopardi, Shop Steward, filwaqt li għan-naħa tas-Seminarju ffirmaw ir-Rettur Dun Jimmy Bonnici, flimkien mal-Manager Mario Paul Ellul.
Dan il-Ftehim Kollettiv jkopri lill-ħaddiema sal-31 ta’ Diċembru 2017.