Il-Bieraħ il-UĦM kellha laqgħa ġewwa Kastilja mas-Segretarju Parlamentari għall-ippjannar u s-simplifikazzjoni Amministrattiva l-Onor Dr. Micheal Farrugia. Din iż-żjara kellha żewġ skopijiet. Dawn kienu li wieħed bħala ntroduzzjoni mas-Segretarju Parlamentari l-ġdid u s-sitwazzjoni preżenti tar-riforma ġewwa l-MEPA.
F’din il-laqgħa ż-żewg naħat qablu dwar il-ħtieġa li jaħdmu flimkien sabiex din il-kwistjoni tal-riforma tal-MEPA tissolva fl-ahjar interess tal-pajjiż, b’mod partikolari tal-ħaddiema ta’ din il-Entita. F’din il-laqgħa ġie diskuss ukoll kif fil-granet li ġejjin ser ikun qed jimxi l-proċess fejn tidħol il-separazzjoni bejn id-direttorat tal-ambjent u dak tal-ippjanar. Skond dak li qal is-Segretarju Parlamentari, l-ħaddiema ser ikollhom l-opportunita jiċċaqalqu minn direttorat għal iehor. Dan ser isir b’mod struturat u dawk il-ħaddiema li juru x-xewqa, jistgħu jinfurmaw lil Union sabiex din tkun tista’ tressaq ix-xewqat kollha tal-ħaddiema lil Amministrazzjoni tal-MEPA.
Sa dan it-tant il-UĦM ser tkun qed taħtar Sott-Kumitat ġdid fi ħdan il-MEPA sabiex jiskatta mekkaniżmu fejn rappreżentanti ta’ dan is-sotto-kumitat ikunu qed jilqgħu dawn l-applikazzjonijiet u jinżamm kuntatt kontinwu mal-ħaddiema kollha rigward kull progress fuq din ir-riforma.
Il-ħaddiema tal-MEPA li jixtiequ jagħmlu appuntament jistgħu jċemplu lis-segreterija tal-Union fuq 21236484.