fbpx

Il-UĦM tesprimi l-kondoljanzi lill-familja ta’ l-ex Prim Ministru Duminku Mintoff

Il-Union Ħaddiema Maqgħudin, permezz tal-President tal-Union Jesmond Bonello, s-Segretarju Ġenerali Josef Vella u l-uffiċjali kollha tat-taqsimiet fi ħdan il-union jesprimu l-kondoljanzi lill-familja ta’ l-ex Prim Ministru Duminku Mintoff f’dan il-mument ta’ luttu nazzjonali.

Il-UĦM tfakkar il-memorja tal-Prim Ministru Mintoff li kellu karriera politika intensiva fi żminijiet meta l-movimenti tal-ħaddiema Maltin tħabtu biex jiksbu d-drittijiet tagħhom fuq il-post tax-xogħol. Il-UĦM kienet dejjem minn ta’ quddiem biex tikseb dawn id-drittijiet bl-għajnuna u r-rieda tajba ta’ dawk kollha li kellhom għal qalbhom ix-xogħol, il-ġustizzja soċjali u l-liberta ta’ l-espressjoni.

Il-UĦM tingħaqad mal-poplu Malti kollu f’tislima lil dan il-politiku li bla dubju ħalla marka fl-istorja ta’ pajjiżna.

Uffiċċju Stampa
Union Ħaddiema Magħqudin

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment