fbpx

Il-UĦM tifraħ lill-Prim Ministru Dr. Joseph Muscat

UHM-New-logoIl-UĦM tixtieq tifraħ lil poplu Malti u Għawdxi kollu li bl-iktar mod demokratiku u f’atmosfera serena esprima ruħu bl-iktar mod matur fl-elezzjoni ġenerali.

Il-UĦM tawgura lill-Prim Ministru l-ġdid Dr. Joseph Muscat u lil Partit Laburista tar-rebħa kbira li għamel u tawgura li din tissarraf f’kontinwazzjoni ta’ ġid għal pajjiż tagħna. 

Il-UĦM tixtieq tirringrazzja lil Kap ta’ l-Oppożizzjoni Dr. Lawrence Gonzi għas-servizz li ta’ lil dan il-pajjiż bħala Prim Ministru f’leġislatura li xejn ma kienet faċli iżda li xorta assigurat xogħol u tkabbir ekonomiku.

Il-UĦM  twiegħed li se tkompli taħdem għal-ġid tal-ħaddiema u l-familji tagħhom bħal ma dejjem għamlet u se tibqa tagħti kontribut pożittiv lejn s-settur tax-xogħol f’pajjiżna partikolarment issa li permezz tal-JOBS+, l-imsieħba soċjali u l-partiti politiċi kollha qablu u iffirmaw li jwettquwa flimkien.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment