fbpx

Il-UĦM tilħaq ftehim dwar il-gradi tas-Servizz Ġenerali u tal-Messaġġiera

It-Taqsima Ħaddiema mal-Gvern tal-Union Ħaddiema Maghqudin (UĦM) laħqet ftehim dwar il-gradi tas-Servizz Ġenerali u tal-Messaġġiera.

Il-UĦM ilha diversi xhur tinsisti mal-Gvern sabiex jigi rivedut il-ftehim settorali għall-ħaddiema fil-gradi tas-Servizz Ġenerali u dak tal-klassi ta’ Messaġġiera. Il-ħaddiema fis-Servizz Ġenerali huma l-ħaddiema kollha fil-gradi ta’ Skrivan (Clerk), Skrivan Anzjan (Senior Clerk), Uffiċjal Eżekuttiv (Executive Officer), Uffiċjal Assistent Prinċipali (Assistant Principal), Uffiċjal Prinċipali (Principal), Uffiċal Prinċipali Anzjan (Senior Principal). Fil-klassi tal-Messaġġiera wieħed isib il-gradi ta’ Messenger, Senior Messenger u Officer in Charge of Minor staff.

Permezz tal-ftehim iffirmat bejn il-Gvern u l-UĦM, il-ħaddiema fil-gradi msemmija u anke ħaddiema oħra mal-Gvern se jkollhom l-opportunita’ li javvanzaw fil-karriera tagħhom. L-istess ftehim wassal sabiex għall-ewwel darba isir l-ingaġġ fil-livelli ta’ Assistant Clerk u dak ta’ Uffiċjal Assistent Prinċipali apparti li se jsir l-ingaġġ fil-gradi l-oħra kollha li huma:

  • Messenger
  • Senior Messenger
  • Officer in Charge of Minor staff
  • Skrivan (Clerk)
  • Uffiċjal Ezekuttiv (Executive Officer)
  • Uffiċjal Prinċipali (Principal)
  • Uffiċjal Prinċipali Anzjan (Senior Principal)

Dan il-ftehim qed jirregolarizza l-pożizzjoni tal-part-time clerks, ward clerks, kif ukoll tal-Operational Support Workers.

Il-UĦM tesprimi s-sodisfazzjon tax-xogħol mill-Uffiċjali tal-Public Administration Human Resources Office (PAHRO), fi ħdan l-Uffċċju tal-Prim Ministru, u tal-Public Administration Collective Bargaining Unit (PACBU), fi hdan il-Ministeru tal-Finanzi, li kienu strumentali sabiex seta` jintlaħaq dan il-ftehim.

Intant, il-UĦM qed torganizza korsijiet ta’ taħrig f’kull livell sabiex il-ħaddiema jigu mħarrġa għall-eżamijiet u ntervisti li jwasslu sabiex jimtlew il-vakanzi fil-gradi msemmija.7

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment