Il-Union Ħaddiema Maqgħudin b’sodisfazzjon tilqa` l-approvazzjoni tal-budget 2013 mressaq mill-Ministru tal-finanzi il-prof Edward Scicluna. Il-UĦM tilqa` wkoll b’sodisfazzjon l-fatt li dan il-Budget għadda, għall-lewwel darba fl-istorja, bil-vot taż-żewg naħat tal-Kamra.
Dan jawgura tajjeb għall-ħaddiema Maltin u Ghawdxin li fl-aħħar mill-aħħar iridu jibbenifikaw mill-miżuri tal-budget. Il-UĦM hi wkoll sodisfatta li permezz ta’ dan il-budget ġew ivvotati l-flus fl-MCESD biex jinħoloq il-kumitat tat-tmexxija tal-politika JOBS+ li l-UHM li fi żmien tlett xhur dan il-kumitat ta’ tmexxija irid jifform varat is-sena li għaddiet u wasslet biex għall-ewwel darba fl-istorja il-partiti politiċi kollha flimkien mar-rappreżentanti tal-Unions u ta min iħaddem iffirmaw il-ftehim JOBS+ fejn l-għan ta’ din il-politika hi li jinħolqu impiegi tajbin li jrendu aktar waqt li tiżdied il-produttivita. Il-pass li jmiss huula il-pjan t’azzjoni li fuqu se taħdem il-politika JOBS+.
Il-UĦM tilqa` wkoll b’sodisfazzjon l-emenda għall-budget li tressaq f’Novembru li għadda fejn issa ġie stabbilit li min hu fuq il-paga minima ma jigix intaxxat. Barraminhekk, il-UĦM hi ottimista li l-programmi u skemi varati fil-budget biex joħolqu l-impiegi u jkabbru l-ekonomija se jkunu ta suċċess.
11 t’April 2013