fbpx

IL-UĦM titlob rikonoxximent ewlieni tax-xuffiera ex-Arriva

arriva logo

Il-maġġoranza tal-ħaddiema fil-grad ta’ Driver mal-kumpanija Malta Public Transport fil-jiem li għaddew issieħbu fil-Union Ħaddiema Maqgħudin(UĦM).

 

Il-ħaddiema ex-Arriva ilhom xhur  jilmentaw dwar diversi nuqqasijiet fil-kundizzjonijiet li għandhom preżentament permezz ta’negozjati li saru minn unjin oħra. U għal dawn ir-raġunijiet iddeċidew li l-unika unjin li għandha l-esperjenza fit-trasport pubbliku u li tista tkun ta’ tarka għal problemi tagħhom hi l-UĦM.

Intant illum il-UĦM permezz tat-Taqsima Port u Trasport kitbet uffiċjalment għar-rikonoxximent ewlieni għal-dawn il-ħaddiema. Din it-talba saret permezz ta’ ittra mibgħuta lis-Sur Konrad Pule’, Kap Eżekuttiv tal-Malta Public Transport, liema ittra intbgħatet ukoll lid-direttur tar-Relazzjonijiet Industrijali u Mpjiegi.

 

Intant il-UĦM qed tinsisti wkoll li li għandhom jieqfu kull diskussjoni jew negozjati mal-Union rikonuxxuta sal-lum.

 

Is-Segretarju tat-Taqsima Port u Trasport, is-Sur Martin Caruana stqarr li “huwa ta’ sodisfazzjon li x-xuffiera u ħaddiema oħra ex-Arriva irreżistu kull pressjoni li saret fuqhom u xorta waħda baqgħu sodi u għazlu li jagħtu fiduċja u jissiehbu fil-UĦM.” Il-UĦM ser tieħu l-miżuri kollha neċessarji sabiex tissalvagwardja l-interessi tal-ħaddiema kollha ex-Arriva. Mhux qed ikun eskluż ukoll li fil-jiem li ġejjien il-UĦM ser titlob wkoll ir-rikonoxxument ta’ sezzjonijiet oħra fl-stess kumpanija.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment