fbpx

Il-UĦM Tmexxi Laqgħat Pożittivi Dwar Il-Qagħda Fl-Isptar San Vinċenz

_DSC1675

It-Taqsima Servizzi tas-Saħħa fi’ ħdan il-UĦM illum  ippartecipat f’laqgħa oħra mal-Ministeru tas-Solidarjeta’ Soċjali fejn tkomplew id-diskussjonijiet dwar it-Trasferimenti ‘xejn trasparenti’ f’SVPR. F’din il-laqgħa il-UHM irnexxiela tikkonvinci lill-ufficjali fil-Ministeru sabiex jigu diskussi kemm l-issues individwali kif ukoll l-issue kollettiva ta’ kif issiru t-trasferiment b’mod aktar trasparrenti u b’aktar meritokrazzija.

It-Taqsima kompliet ittenni l-pożizzjoni tagħha  fuq iż-żewġt istanti, liema proposti li l-Unjin resqet qed jigu evalwati mil-Maniġment tal-SVPR u l-Ministeru tas-Solidarjeta’ Socjali bil-ghan li jintlahaq qbil.  Presenti ghal laqgha kien hemm is-Segretarju Permanenti is-Sur Mark Musu’ rappreżentanti tal-PAHRO, l-PACBU, l-maniġment tal-SVPR u rappreżentant tal-Ministeru. Filwaqt li f’isem il-UHM kien hemm presenti Jesmond Bonello President tal-UHM u Gian Paul Gauci Segretarju tat-Taqsima Servizzi tas-sahha . Il-laqgha kienet wahda kordjali u hadet xejra aktar  pożittiva mil-laqgħat preċedenti.

Intant, fid-dawl ta l-attitudni pozittiva li rat il-uhm illum, il-UHM accettat li tippartecipa f’laqgha ohra  nhar it-Tlieta li ġejja  fejn fiha ser jitkomplew it-taħditiet sabiex tinstab soluzzjoni aħħarija li ma tolqotx hazin il-haddiema membri fil-UHM, il-familji taghhom kif ukoll il-pazjenti. Sadanatant, il-Union thoss id-direttivi maħruġin minnha l-gimgha li ghaddiet għadhom jibqghu fis-seħħ sakemm ma tinstabx soluzzjoni finali.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment