fbpx

Il-UĦM toġġezzjoni għal mod ta’ kif se ssir it-transazzjoni ta’ Uffiċjali Pubbliċi fl-aġenzija Identity Malta

It-Taqsima Servizz Pubbliku tal-Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM), illum kellha laqgħa dwar il-mod ta’ kif se jiġu integrati l-Uffiċċjali Pubbliċi fi ħdan l-aġenzija Identity Malta.

Il-UĦM tinnota li tali proċess mhux se jsir kif rikjest mill-liġi permezz ta’ proċess ta’ detailing mill-ħaddiema eżistenti li qegħdin fid-Dipartimenti li ser jiġu integrati f’din l-aġenzija.  Il-UĦM fakkret li uffiċċjali pubbliċi li ma jiġux detailed għandhom kull dritt li ma jieħdux ordnijiet mingħand persuni fl-amministrazzjoni li m’humiex uffiċjali pubbliċi.

Intant fl-istess laqgħa l-amministrazzjoni infurmat lill-Unions li l-proċess se jsir billi jinħarġu expressions of interest miftuħa għall-Uffiċjali Pubbliċi kollha.  Il-UĦM saħqet li dan mhux aċċettabbli għax hu nġust mal-ħaddiema preżenti li jixtiequ jkomplu karriera fi ħdan l-aġenzija.  Il-UĦM proponiet ukoll sabiex dawk l-Uffiċjali Pubbliċi li akkost ta’ kollox ma jridux imorru ma’ l-aġenzija għandu jintlaħaq qbil dwar kemm għandu jkun il-perjodu li fih jingħataw ir-rilaxx u f’liema perjodu il-Union lesta taċċetta li jingħata l-handing over la darba jkun magħruf meta se jiġu rilaxxati minn ma’ l-aġenzija.

Fl-għeluq ta’ din il-laqgħa intlaħaq qbil li ssir laqgħa oħra fejn ikunu nvoluti il-PAHRO u l-PACBU bil-għan li jiġu indirizzati l-issues kollha qabel jitkompla l-proċess.  Fil-fatt tali proċess se jibqa’ miżmum sakemm ikun hemm aktar negozjati.

Għal din il-laqgħa kien hemm preżenti s-Segretarju Permanenti Kevin Mahoney, numru ta’ amministraturi ta’ Identity Malta, l-GWU u il-UĦM. Id-delegazzjoni tal-UĦM kienet komposta minn  Mario Sacco, Senior Secretary, flimkien ma’ tliet rappreżentanti tal-ħaddiema.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment