fbpx

Il-UĦM tordna Azzjonijiet Industrijali f’SVPR minħabba n-Numru ta’ Trasferimenti li ingħataw ħesrem

UHM-New-logo

It-Taqsima tas-Servizzi tas-Saħħa fi’ ħdan il-UĦM ordnat azzjonijiet industrijali fl-Isptar San Vinċens de Paul. Dan minħabba li l-Maniġment ta’ SVPR (San Vinċens de Paul) ħareġ numru sostanzjali ta’ trasferimenti l-Ġimgħa, b’effett għat-Tnejn ta’ wara.

Dan għal-Union hu inaċċettabbli li l-Maniġment joħroġ trasferimenti hekk ħesrem, bl-iskuża ta’ riforma fejn dawn it-trasferimenti saru mingħajr ebda tip ta’ mudell stabbilit bħal-ngħidu aħna Last In, First Out.

Minnflok, ġew kreati sezzjonijiet ġodda, tali sezzjonijiet qed ikunu mmexxija minn nies magħżulin mingħajr ebda forma ta’ trasparenza. L-Union kienet tistenna li l-għażliet għandhom isiru fuq bażi ta’ meritokrazija, billi issir ‘Expression of Interest’ u issir għażla mil-aktar trasparenti minn min hu mħajjar.

“Sakemm din it-Taqsima mhux ser tibda tiġi ikkonsultata fuq affarijiet bħal-dawn, u sakemm l-affarijiet mhux ser jibdew isiru b’mod trasparenti, l-UĦM ser tibqa tordna serje ta’ azzjonijiet industrijali f’San Vinċens”, ikkonkluda Gian Paul Gauci, Segretarju tat-Taqsima Servizzi tas-Saħħa

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment