fbpx

Is-Segretarju Ġenerali tal-UĦM mistieden biex jagħmel diskors waqt is-seminar Objective HR

Is-Segretarju Ġenerali tal-UĦM kien mistieden biex jagħmel diskors waqt seminar organizzat mid-ditta Objective HR. Is-suġġett ta’ dan is-seminar kien jitratta l-Medjazzjoni Fuq Il-Post Tax-Xogħol. Dan is-seminar ittella nhar l-20 ta’ Frar 2014 fil-lukanda Corinthia San Ġorġ.

Wara l-introduzzjoni qasira ta’ Dr. Ian Spiteri Bailey fejn spjega l-għan ta’ dan is-seminar, kien imiss lis-Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja, l-Onoroveli Dr Owen Bonnici biex jindirizza lil dawk preżenti.

Wara kien imiss lill-mistieden speċjali, Ransell Howell li kellu diversi interventi matul is-seminar.

Tkellem ukoll Dr. Noel Vella, id-Direttur għall Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali f’Malta. Mistieden ieħor speċjali kien l-eks Prim Ministru ta’ Malta, Dr. Lawrence Gonzi fejn f’diskors interessanti tkellem dwar l-esperjenzi tiegħu, xi wħud diffiċli, meta kien Prim Ministru. L-aktar li spikka kien is-sehem ta’ Malta fil-kriżi tal-Linja u dak kollu li għadda minnu hu bħala Prim Ministru u d-deċiżjonijiet li kellu jieħu għan-nom ta’ Malta. Tkellem ukoll dwar id-diskussjonijiet li kellu matul il-kriżi finanzjarja li laqtet lid-dinja kollha, inkluża Malta.

Mistiedna oħra kienet MicheIle Bonnici, Medjatriċi u HR Execitive mad-ditta Deloitte.

Wara kien imiss is- Segretarju Ġenerali tal-UĦM, Josef Vella fejn spjega fid-dettal il-perspettiva ta’ Unjin meta tiġi biex timmedja ma’ fabbriki kbar mhux biss meta ditta tkun se tnaqqas jew saħansitra tkeċċi n-nies imma anke meta l-affarijiet ikunu mexjin sewwa u permezz ta’ laqgħat kontinwi mal-management ta-ditti rispettivi, tinnegozzja pakketta finanzjari li jtejbu il-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ dak l-impjegati li jkunu membri affiljat magħha.

Tkellmet ukoll il-Ministru responsabbli għar-Relazzjonijiet Industrijali, l-Onorevoli Helena Dalli u għalaq dan is-seminar l-avukat Dr Ian Spiteri Bailey.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment