Il-UĦM turi solidarjetá mal-ħaddiema tal-kumpaniji Panta Marketing u Panta Contracting li preżentament qed jiffaċċjaw sitwazzjoni diffiċli li tista’ twassal ukoll għal numru ta’ sensji.
Wara li l-UĦM ġiet avviċinata mill-management b’din is-sitwazzjoni, il-UĦM permezz tat-taqsima Manifattura u Kummerċ ħadet l-inizjattivi kollha meħtieġa u daħlet f’kuntatt mal-kumpaniji biex tagħmel numru ta’ laqgħat biex tifhem u tara fejn tista’ tkun ta’ għajnuna.
Filwaqt li talbet lill-kumpaniji sabiex jagħtuha aktar dettalji, il-UĦM qed tavviċina wkoll lil-ħaddiema li jistgħu jiġu affettwati bil-għan li ssaħħaħ it-tentattivi tagħha ħalli tinstab soluzzjoni mill-aktar fis possibli.