fbpx

L-Arriva ma tridx lill-UĦM

Photograph courtesy of timesofmalta.com
Photograph courtesy of timesofmalta.com

Numru sostanzjali ta’ ħaddiema tal-Arriva dawn l-aħħar xhur issieħbu mat-Taqsima Port u Trasport tal-Union Ħaddiema Magħqudin. Dan sar b’inizjattiva ta’ numru ta’ ħaddiema li bla dubju ta’ xejn għandhom dritt ta’ union ta’ l-għażla tagħhom.

Jidher li dan mhux il-każ, għaliex il-maniġment qed jeżerċita l-awtorità tiegħu sabiex ixekkel lill-ħaddiema milli jissieħbu fi ħdan il-UĦM.  Il-mistoqsija toħroġ weħidha, x’inhu l-iskop tal-maniġment tal-Arriva li ma jħalliex lill-impjegati tiegħu jissieħbu fil-UĦM?

Intant, it-Taqsima Port u Trasport għandha nformazzjoni li l-maniġment tal-Arriva qed jipprova jwaqqaf lill-ħaddiema tal-Arriva milli jissieħbu fil-UĦM.

Dan l-aġir huwa inaċċettabbli u t-Taqsima Port u Trasport tal-UĦM tistenna li dan l-aġir ma jsirx f’pajjiż demokratiku fejn suppost kulħadd għandu jkollu d-dritt liberu ta’ assoċjazzjoni ma’ Union tal-għażla tiegħu.

Għaldaqstant jekk dan l-aġir bi ksur tad-drittijiet tal-ħaddiema jibqa` jippersisti mill-Arriva, t-Taqsima Port u Trasport tal-UĦM ser tirrikorri għal kull mezz permess mill-liġi sabiex tissalvagwardja l-interessi tal-membri tagħha.

Waqt li l-Union tirringrazzja l-ħaddiema ġewwa l-Arriva għal fiduċja li għandhom fil-UĦM tiżgurhom li l-fiduċja tagħhom tissarraf f’servizz ta’ kwalità.

 

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment