fbpx

L-ittra mill-UĦM lill-Prim Ministru

arrow

Il-UĦM il-bieraħ bagħtet ittra iebsa lill-Prim Ministru Joseph Muscat, fejn fost l-oħrajn spjegat il-pożizzjoni tagħha vis-à-vis il-fabbrika Arrow Pharm u l-possibilita ta’ waqfien mill-impjieg ta’ 110 ħaddiem.

Il-unjin spjegat li kif ġraw l-affarijiet dan l-aħħar, speċjalment l-indħil minn unjin oħra, imur kontra kull etika tredjunjonistika. Dan ma ħalla l-ebda triq ħlief li l-UĦM tirtira mill-parteċipazzjoni tagħha fejn jidħol l-eżerċizzju ta’ verifikazzjoni tal-ħaddiema tal-fabbrika Arrow Pharm.

Il-UĦM irrimarkat ukoll li se tibqa tħares l-interessi tal-ħaddiema l-ewwel u qabel kollox filwaqt li se tkun qed tħares l-interessi tagħha b’kull mezz possibli.

Aqra l-ittra sħiħa billi-tagħfas dan il-link.

L-Ittra lill-Prim Ministru

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment