It-Taqsima Edukazzjoni, Kultura u Rikreazzjoni tal-Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM) illum ordnat numru ta’ direttivi ġewwa l-European Union Programme Agency (EUPA). Dan wara li fallew it-tentattivi fuq l-qbil tal-fteħim kolletiv il-ġdid.
L-UĦM irreġistrat tilwima industrijali nhar it-Tnejn 30 ta’ Gunju 2014, fejn wara kellha laqgħa fil-preżenza tad-Direttur ta’ Xogħol ma sar l-ebda progress. Il-ħaddiema tal- aġenzija mhux qegħdin jaqblu mal-proposta tas-salarji minn naħa tal-gvern fost l-oħrajn. Dan għaliex fil-ftehim il-ġdid, il-proposti tas-salarji huma nferjuri għal dak li akkwistaw dawn il-ħaddiema fil-passat.
Għaldaqstant, l-UĦM mill-llum ordnat lill-ħaddiema biex jidħlu fis-seħħ direttivi industrijali li t-Taqsima Edukazzjoni, Kultura u Rikreazzjoni mhux qed teskludi li iżjed direttivi jistgħu jidħlu fis-seħħ jekk jibqa ma jkun hemm l-ebda żblokk.