fbpx

Reazzjoni għal dak li deher fil-ġurnal l-orizzont tat-Tnejn 10 ta’ Frar 2014

Il-UHM tisħaq li għada għaddejja b’diskussjonijiet kemm mal-management tal-fabbrika Arrow Pharm kif ukoll mat-Task Force li pproponiet hi stess li tiġi ffurmata, dan biex tkun tista tiġi evalwata sew is-sitwazzjoni.

Fil-ġranet li ġejjin irid isir assessjar fid-dettal tal-profil tal-ħaddiema milquta biex jinstabilhom impjieg alternattiv u xieraq mill-iqsar żmien possibli. Mhux jiġi eskluż li xi ħaddiema milquta jingħataw taħriġ biex ikunu jistgħu jikkwalifikaw għal tip ta’ xogħol jew impjieg ieħor li jista jiġi offrut lilhom.

“Il-UĦM qed tibgħat messaġġ ċar sabiex s-sitwazzjoni ta’ Arrow Pharm ma tiġiex politiċizzata. Ejja naraw li ma nilgħabux bl-emozzjonijiet taI-ħaddiema, l-ewwel laqgha tat-Task Force hija għada t-Tlieta. F’sitwazzjoni bħal din l-importanti huwa li kulħadd jiġbed ħabel wieħed, Gvern, Union u Msieħba Soċjali. Noħorġu bI-unuri biss jekk jirnexxilna nnaqqsu l-uġiegħ tal-ħaddiema milquta u dan nistgħu nagħmluh jekk niġbdu ħabel wieħed.” temm jgħid is- Segretarju Ġenerali Josef Vella.

UĦM Press Office

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment