fbpx

Rebħa mill-UĦM għall-Ħaddiema fir-Rigward tat-Trasferimenti ‘Xejn Trasparenti’ f’SVPR

4246651-Palazzo_Ferreria_Valletta_Malta_VallettaF’laqgħa li saret il-bieraħ, 11 ta’ Ġunju 2013 bejn it-Taqsima Servizzi tas-Saħħa fi’ ħdan il-Union Ħaddiema Magħqudin u il-Ministeru tas-Solidarjeta’ Soċjali fejn komplew jiġu diskussi in-numru ta trasferimenti ‘xejn trasparenti’ li saru f’dawn l-aħħar ġimgħat f’San Vincenz de Paule.


Fil-laqgħa it-Taqsima Servizzi tas-Saħħa reġgħet saħqet il-pożizzjoni tagħha fejn anke speċifikat kif numru ta’ trasfermenti ma kienux jagħmlu sens. Jidher li ir-rieda tajba u is-sens komun ipprevala f’din il-laqgħa fejn numru ta’ trasferimenti ġew irtirati filwaqt li numru ieħor ta’ ħaddiema ingħataw xogħol alternattiv li kien ta’ gwadann kemm għas-servizz kif ukoll għal-ħaddiema.

Jidher pero’ li għalkemm intlaħaq ftehim fuq diversi sezzjonijiet f’SVPR, għad hemm diżgwid fuq sezzjoni speċifika, kif ukoll fuq persuna li ingħatat trasferiment minn Elderly Home għal-istess Sptar. Għaldaqstant, filwaqt li il-Union żammet l-argumenti tagħha jidher li il-Ministeru mhux lest jasal għal-konklużjoni favorevoli għaż-żewġt naħat u għalhekk laqgħa oħra mistennija issir f’temp ta’ tlitt ġimgħat oħra. Apparti hekk, għad irid jintlaħaq ftehim fuq il-prassi ta’ kif għandhom isiru it-trasferimenti minn post għal-ieħor sabiex dawn isiru bl-aktar mod trasparenti u skond il-meritokrazija.

Madankollu, il-UĦM tinsab fiduċjuża li, bħal ma nstabu soluzzjonijiet fir-rigward ta’ numru ta’ ħaddiema, l-istess soluzzjonijiet sejrin jinstabu fir-rigward tas-sezzjonijiet pendenti sabiex is-sens komun jipprevali.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment