fbpx

Seminar “Innovative Instruments To Address Youth Unemployment

Il-UĦM, bil-kollaborazzjoni ta’ MEUSAC u l-EZA, organizzat b’suċċess seminar bis-suġġett “Innovative Instruments To Address Youth Unemployment”.

Dan is-seminar kien mifrux fuq jumejn u sar bejn il-11 u t-12 ta’ April 2014 fil-Lukanda Radisson Blu ġewwa San Ġiljan. Is-seminar laqqa’ numru sabieħ ta’ mexxejja ta’ Trade Unions Ewropej fi spazju wieħed fejn iddiskutew inizzjativi fil-pajjiżi rispettivi tagħhom dwar kif qed jindirizzaw il-qagħad fost iż-żagħżagħ fl-Ewropa.

Ipparteċipaw b’mod attiv rapreżentanti minn Spanja, l-Estonia, il-Polonja, id-Danimarka, l-Italja, il-Belġju, il-Ġermanja, l-Awstrija, il-Litwanja u r-Rumanija, kif ukoll minn Malta. Parti sostanzjali mis-seminar kienet iż-żewġ diskussjonijiet li saru bil-parteċipazzjoni ta’ kandidati għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Marlene Mizzi u Cyrus Engerer għall-Partit Laburista, Stefano Mallia u Norman Vella għan-nom tal-Partit Nazzjonalista u Arnold Cassola għall-Alternattiva Demokratika Ħadu sehem ukoll il-Ministru għal-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo u l-kelliem għal-Oppożizzjoni Dr. Stephen Spiteri.

Waqt is-seminar saret ukoll rapreżentazzjoni minn Daniele Fantechi, minn BEurope Ltd dwar il-proġett Voice of The Workers.EU, imniedi mill-UĦM bl-għajnuna tal-fondi Ewropej. Dan huwa e-magazine li jiffoka fuq djalogu soċjali fil-kamp tax-xogħol fuq livell Ewropew. Dan il-proġett imniedi minn Union Maltija huwa l-uniku proġett lokali ta’ dan it-tip ko-finanzjat minn fondi tal-Unjoni Ewropeja.

F’kumment li ta’ s-Segretarju Ġenerali tal-UĦM, Josef Vella, filwaqt li wera s-sodisfazzjon għas-suċċess tas-seminar qal, “B’din l-inizjattiva, il-UĦM qed tpoġġi l-importanza taż-żagħżagħ u x-xogħol fuq l-aġenda nazzjonali”

UĦM Press Office
13 ta’ April, 2014

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment