Ftit taż-żmien ilu tħabbar li matul is-sena 2011 fl-Isptar Mater Dei saru 1950 operazzjoni aktar mis-sena ta’ qabel. B’hekk iż-żmien ta’ stennija għall-operazzjonijiet kompla tnaqqas.Barra min dan kien intlaħaq ftehim bejn il-Gvern u sparijiet privati fejn operazzjonijiet tal-katarretti bdew isiru wkoll f’dawn l-isptarijiet privati u b’hekk f’dan il-każ iż-żmien ta’ stennija naqas wkoll.
Dan ma jfissirx li lħaqna l-aqwa fis-servizz tas-saħħa. Għad hemm xi jsir. Aħna bħala UĦM fid-dokument “Viżjoni Soċjali Għalik – 2015” fit- taqsima tas-saħħa ta’ dan id-dokument għamilna 19-il proposta biex dawn is-servizzi jkomplu jitjiebu.
Huma issa l-partiti politiċi li jridu jmexxu dan il-pajjiż li jridu jaraw li jagħmlu dawn il-proposti tagħhom ukoll.