fbpx

Tentattiv sabiex is-Social Workers jitpoġġew mal-FSWS

Il-UĦM ma aċċettatx illi s-Social Workers fi ħdan id-Dipartiment tal-Edukazzjoni, tas-Solidarjeta Soċjali u Familja, u tas-Saħħa jitpoġġew kollha taħt l-FSWS (Foundation for Social Welfare Services).

Il-UĦM ma taqbilx li fid-dinja fejn tippromwovi d-deċentralizzazjoni fis-servizzi u li dawn ikunu qrib iċ-ċittadin, għandhom jispiċċaw kollha taħt il-kappa tal-FSWS.

Il-UĦM tiġbed l-attenzjoni tal-gvern li l-filosofija wara l-intervent tas-Socialist Workers tista tvarja minn sitwazzjoni għal-oħra.  Ukoll tista tkun preventiva jew interventiva. Dan kollhu ma jistax jitpoġġa f’borma waħda.

” Jekk is-Social Workers jibqgħu kollha taħt L-FSWS dan ikun detrimentali għal-professjonijiet tas-Social Work u tal-tal-klijenti,” stqarr is-Segretarju Gian Paul Gauci.

Din il-Unjin ser tkun qed tara li dan ma jsirx u titlob sabiex l-sens komun ikun dak li jmexxi d-diskussjonijiet.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment