fbpx

UĦM Youths u CMTU Youths tifraħ lill-Kumitat Eżekuttiv l-Ġdid tal-KNŻ

youthsIl-UĦM Youths u ic-CMTU Youths, li huma membri sħaħ fil-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ tixtieq tifraħ lil ħdax-il membru ġdid elett fl-Eżekuttiv tal-istess KNŻ. Dan il-Kumitat ġie elett nhar is-Sibt li għadda fl-AGM tal-istess Kunsill.

Il-UĦM Youths u ic-CMTU Youths jifirħu wkoll lis-Sur Ryan Mercieca li għat-tielet darba konsekuttiva reġa ġie elett fl-Eżekuttiv tal-KNŻ wara li dan kien nominat mil-UĦM Youths. Wara li fit-terminu li għadu kemm spiċċa fejn Ryan Mercieca kien jokkupa l-kariga ta’ Viċi-President, b’sodisfazzjon kbir il-UĦM Youths u ic-CMTU Youths jifirħu lis-Sur Mercieca li issa qed jokkupa l-kariga ta’ President tal-KNŻ għal-dawn is-sentejn li ġejjin.

Apparti hekk, Il-UĦM Youths u ic-CMTU Youths jifirħu lis-Sur Sandro Bonanno, li għal-ewwel darba kien nominat f’isem ic-CMTU Youths sabiex jagħmel parti minn dan l-Eżekuttiv, talli ġie elett wkoll f’dan il-Kumitat. Is-Sur Bonanno qed jokkupa l-kariga ta’ Uffiċjal għal-Entitatajiet Pubbliċi f’isem l-istess Kumitat Eżekuttiv.

L’fuq minn dan, il-UĦM Youths u ic-CMTU Youths jifirħu lil membri kollha tal-Kumitat Eżekuttiv u tawgura ħidma mill-aqwa għaż-żmien li ġej filwaqt li tkompli tibni fuq ix-xogħol li sar mil-Kumitati preċedenti.

Il-UĦM Youths u ic-CMTU Youths jemmnu bis-sħiħ li l-KNŻ kienet u għandha tkun leħen kull żgħażugħ Malti u Għawdxi f’kull aspett tiegħu jew tagħha. Apparti hekk, iż-żewġt Sezzjonijiet jemmnu li il-KNŻ għandha taħdem id f’id mal-Aġenzjija Żgħażagħ sabiex tgħin u tfiehem lil kull żgħażugħ Malti u Għawdxi f’kull problema li wieħed jista’ jaffaċja ruħhu magħha. Għaldaqstant, il-KNŻ għandha tieħu lir-Rwol li tkun fiċ-Ċentru ta’ kull politika fuq iż-Żgħażagħ u għandha tiġi konsultata fuq dan.
Il-UĦM Youths u ic-CMTU Youths ser jibqgħu bħal dejjem lesti sabiex joffru l-għajnuna tagħhom kemm lill-membri individwali tal-Eżekuttiv u anke lill-KNŻ bħala struttura Nazzjonali.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment