fbpx

IL-UĦM hija l-vuċi tal-ħaddiema tad-De La Rue

It-Taqsima Manifattura u Kummerċ tal-UĦM kitbet uffiċjalment  dwar il-fatt li ħaddiema ġewwa De La Rue allegatament ġew sgwidati mill-management tad-De La Rue. Dan meta l-management tad-De la Rue avviċina lill-ħaddiema sabiex jiffirmaw dokument bit-Titlu “Objectives & Performance Evaluation” u li kien jinkludi bidliet fil-Job Description tagħhom bi skuża li dan hu sempliċement rassenja.

It-Taqsima Manifattura u Kummerċ ipprotestat mal-management tad-De La Rue fuq dan l-aġir u insistiet li dawn id-dokumenti għandhom jingħataw lura lill-ħaddiema li iffirmaw dan id-dokumenti.

Intant il-UĦM kitbet ukoll lill-management tad-De La Rue dwar diversi lmenti oħra mill-ħaddiema fejn qed jilmentaw minn sħana  esaġerata li hemm kemm fil-canteen, kif ukoll f’partijiet oħra ġewwa l-fabbrika fejn ikunu qegħdin jaħdmu. Dan minħabba l-fatt li l-arja kundizzjonata ilha bil-ħsara għal ammont ta’ żmien u għada ma ġietx imsewwijja.

Din is-sitwazzjoni tiggrava meta wieħed jikkunsidra l-fatt li l-ħaddiema qegħdin jiġu mitluba jilbsu uniformi tax-xitwa minflokk li jkollhom uniformi addattata għas-sħana tas-sajf.

Din il-union ipprotestat dwar dan u tistenna li l-management jirranġa dawn in-nuqqasijiet serji mmedjatament. Il-UĦM tħeġġeġ lill-GWU biex tieħu responsabbiltá u taġixxi sabiex tissalvagwardja l-interessi tal-ħaddiema tad-De La Rue.

Fin-nuqqas ta’ dan il-UĦM mhux ser  tisenna li l-GWU tibda taħdem favur l-ħaddiema tad-De La Rue u minkejja li sa llum mhiex rikonoxxuta f’din il-kumpanija,  il-UĦM ser tibqa tkun il-vuċi ta’ dawn il-ħaddiema.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment