Il-UĦM Voice of the Workers tiddeplora bla riservi l-kummenti u l-messaġġi ta’ theddid li rceviet u qiegħda tirċievi l-Ewro Parlamentari Nazzjonalista Roberta Metsola wara d-diskors li għamlet fil-Parlament Ewropew il-ġimgħa li għaddiet.
Roberta Metsola għamlet referenza għall-attakki li seħħew lejlet l-ewwel tas-sena f’Cologne fil-Ġermanja fejn kien hemm attakki vjolenti kif ukoll sesswali fuq nisa kif ukoll serqiet u reati oħrajn. Dawn l-attakki allegatament saru minn immigrant ta’ nisel Għarbi.
Għaldaqstant, il-UĦM Voice of the Workers ittenni l-appoġġ u solidarjeta mal-MEP Roberta Metsola.