Il-UĦM Voice of the Workers tilqa’ l-istqarrija li saret mis-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar li kkonferma li kull minn jista’ jagħmel xogħol bit-teleworking se jkun qed jingħata din il-possibbiltà. Barra minn hekk il-Union tilqa’ wkoll il-fatt li l-ħaddiema li se jkunu qed jingħataw din il-faċilità mhux se jitteħdilhom xejn mill-allowances tagħhom.
Dawn l-assikurazzjonijiet ingħataw fid-dawl tat-talbiet li saru llum mill-UĦM dwar id-direttiva li nħarġet ilbieraħ bħala parti mill-miżuri marbuta mal-imxija tal-COVID-19.
“Lil hinn mid-diskussjoni fuqhiex tistrieħ din id-direttiva, il-Union se tistrieħ fuq dak li qed jintqal mis-Segretarju Permanenti Ewlieni li għandu jingħata t-telework kull fejn ix-xogħol jippermetti u li t-take-home pay mhux se tintmiss,” il-Kap Eżekuttiv tal-UĦM Josef Vella sostna.