Il-UĦM tibqa’ l-union rikonoxxuta fil-Malta Public Transport
Illum ġie kkonfermat illi l-UHM hija l-Union li għandha l-iktar ħaddiema membri msieħba ġo l-Malta Public Transport (MPT). Għaldaqstant ġiet ikkonfermata bħala l-Union rikonoxxuta. Dan ifisser li għal kwalunkwe aspetti kollettiv, inkluż il-ftehim kollettiv, hija l-UHM Voice of the Workers l-Union rikonoxxuta f’dan ir-rigward.
It-talba għall-eżerċizzju ta’ verifika saret mis-Sur Jurgen Azzopardi, Segretarju tal-Marittimu u Avjazzjoni tal-General Workers’ Union (GWU). Id-Dipartiment tax-Xogħol u Relazzjonijiet Industrijali ma ħassx il-bżonn li jkompli fl-eżerċizzju għaliex il-GWU ma ssodisfatx ir-rekwiżiti biex issir tali verifika.
Din it-talba interrompiet il-proċess ta’ negozjati tal-ftehim kollettiv tal-MPT, li issa l-UHM se tkun tista’ tkompli wara li ġiet ikkonfermata bħala union maġġoritarja.
L-Aġent Direttur tal-UHM Voice of the Workers, Kenneth Abela, fil-kumment tiegħu qal: “Li waqt li jifhem li teżisti demokrazija industrijali, ma japprezzax li unions ifixklu lil xulxin b’mod frivolu u bla bażi.”