Dalgħodu l-UĦM attendiet għal-laqgħa hekk kif kienet prenotata bejn l-GWU u l-UĦM u l – management tal-kumpanija tal-Malta International Airport (MIA).
F’din il-laqgħa kellu jiġi diskuss il-futur tal-impieg tal-ħaddiema tal-MIA. Bħalissa l-management qed jipprova jwelli x-xogħol lill-kumpaniji privati, bil-konsegwenza li hemm ċans li jitnaqqru l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema. Barra minn hekk, il-UĦM tinsab mħassba għall-fatt li dawn il-ħaddiema se jiġu trasferiti mal-kumpaniji u se jitilfu l impjieg tagħhom mal-MIA.
Dalgħodu, il-GWU m’attendietx u konsegwenza ta’ dan tħassret il-laqgħa. Dan wassal sabiex uffiċċjali tal-UĦM flimkien mad-delegati tal-ħaddiema ma tħallewx jidħlu u l-laqgħa ġiet ikkanċellata.
Skond il-UĦM, qatt ma’ kellha titħassar laqgħa waqt il-ħin tagħha imma kellu jkun hemm pre-avviż. Il-UĦM tinstab inkwetata ferm kif fl-iktar mument kruċjali għal ħaddiema tal-MIA, il-kwistjoni tal-ħaddiema spiċċat ballun bejn il-management tal-MIA u l-GWU.