fbpx

Nirien fiċ-Ċentru tas-Saħħa fil-Furjana

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni ċivili kkontrollaw f’qasir żmien nar li ħakem zona fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana dalgħodu.

Il-UĦM hi sodisfatta li ħadd ma weġġa f’dan l-inċident, iżda tiddeplora l-fatt li filwaqt li ġie evakwat kulħadd, ma jistax jingħad l-istess fil-każ tal-Podiatrists. Għal xi raġuni dawn tħallew ġewwa u ma ġewx evakwati kif inhu mitlub u tħallew fil-post tax-xogħol tagħhom​.

Aktar minn hekk, dak li suppost hu l-Ħruġ ta’ Emerġenza, jinsab msakkar b’katnazz. Għall-UĦM, dan hu inaċċettabbli u jmur kontra kull prassi dwar is-Saħħa u Sigurtá fil-post tax-xogħol.

Il-UĦM tinnota wkoll li ċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana m’għandux fire alarm u għaldaqstant qed tappella lill- awtoritajiet konċernati sabiex jieħdu l-passi kollha meħtieġa b’mod immedjat.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment