Firxa wiesgħa ta’ azzjonijiet industrijali mill-UĦM wara aġir irresponsabbli tal-Gvern

UĦM Voice of the Workers mil-lum eskalat sensiela ta’ azzjonijiet industrijali li jinvolvu aktar minn 1,300 ħaddiem fid-dawl tal-aġir tal-Gvern li ma jridx jindirizza kwistjonijiet li ilhom pendenti għal diversi snin filwaqt li mhux qed iżomm kelmtu fuq ftehim li ntlaħqu xhur ilu.  Dawn l-azzjonijiet jinvolvu lill-allied health professionals, emergency ambulance responders u l-impjegati ta’…

Eskalati l-azzjonijiet industrijali fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali

L-azzjonijiet industrijali mill-UĦM Voice of the Workers fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali se jiħraxu wara li l-gvern injora għal kollox it-talba tal-professjonisti li jaħdmu f’din l-istituzzjoni biex ikollhom kundizzjonijiet xierqa u dinjitużi. Għalhekk b’seħħ minn nhar it-Tnejn 22 ta’ Frar,  l-avukati u l-prokuraturi legali mhux se jkunu qed jidhru u mhux se jattendu għas-smigħ tal-każi fil-Qorti tal-Appell…

Id-direttiva li passiġġieri fuq il-Gozo Channel jibqgħu fil-karozza għandha tkun irtirata

 Il-UĦM Voice of the Workers qed titlob biex id-direttiva li matul il-jiem tal-Karnival il-passiġġieri abbord il-vapuri tal-Gozo Channel “ikunu mħeġġa” jibqgħu fil-karozzi matul il-vjaġġ tkun irtirata immedjatament. Dan minħabba l-fatt li prattika bħal din tmur kontra konvenzjonijiet marittimi internazzjonali dwar is-sigurtà kif ukoll il-protokolli tal-Gozo Channel innifisha. Id-direttiva kienet tħabbret mill-Prim Ministru Robert Abela f’konferenza…

L-gvern ma żammx kelmtu fuq il-ħaddiema ta’ Steward

UĦM Voice of the Workers ordnat azzjonijiet industrijali fl-isptarijiet Karin Grech, San Luqa u dak Ġenerali t’Għawdex wara li l-gvern ma żammx kelmtu li jassorbi l-ħaddiema ta’ Steward Healthcare sal-1 ta’ Jannar ta’ din is-sena.  Għalhekk minn nhar it-Tnejn 1 ta’ Frar il-professjonisti li jaħdmu f’dawn l-isptarijiet immexxija minn Steward mhux qed jaraw pazjenti ġodda…

L-ispiżjara qed jagħtu sehmhom fil-preparazzjoni tal-vaċċin

Spiżjara fi sptarijiet tal-Gvern qed jagħtu sehmhom fil-preparazzjoni tal-vaċċin Covid-19 u mhux kif allega l-President tal-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) Paul Pace f’intervista mal-MaltaToday. Skont Pace “l-ispiżjara iddeċidew li ma jippreparawx il-vaċċin, u għalhekk dan ix-xogħol waqa’ fuq l-infermiera”.  “Li kieku kont il-gvern, kont nuża l-ispiżjara biex ikun preparat il-vaċċin waqt li l-infermiera jiffukaw fl-għoti…

Azzjonijiet industrijali fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali

L-avukati u l-prokuraturi legali fl-Uffiċju tal-Avukat Ġenerali bdew b’numru ta’ azzjonijiet industrijali wara li l-maniġment irrifjuta li jibda taħditiet fuq ftehim kollettiv. F’Settembru 2020, il-UĦM Voice of the Workers ingħatat l-għarfien ewlieni ta’ dawn il-professjonisti. Minħabba li qatt ma kienu koperti b’xi ftehim kollettiv, u anke fl-isfond ta’ riforma mitluba mill-Kummissjoni Venezja, il-unjin talbet li…

Theddida għall-Professjonisti b’Kariga Pubblika

Il-UĦM Voice of the Workers turi solidarjetà mal-Konsulent ta’ Saħħa Pubblika Dr Kenneth Grech u turi d-dispjaċir tagħha li Konsulent  ta’ Saħħa Pubblika ġie trasferit wara li ta’ analiżi professjonali ibbażat fuq ix-xjenza. Dan seħħ mhux għax il-konsulent kien żbaljat imma għax hemm min mhux kuntent b’tali analiżi. Dawn il-manuvri ma jawgurawx tajjeb għall-paċi industrijali…

Il-UĦM issellem lil George Bruno

UĦM Voice of the Workers issellem lil George Bruno, membru attiv u shop steward tagħha fil-Maltapost, li miet illum fl-età ta’ 54 sena. Il-Kap Eżekuttiv tal-UĦM Josef Vella esprima s-sogħba tiegħu għal din l-aħbar. “Tlifna mhux biss membru u delegat, imma ħabib u ġentlom li kellu għal qalbu l-interessi tal-ħaddiema.” L-involviment tas-Sur Bruno fil-union imur…

Il-ħaddiema tal-Aġenzija tal-Qorti ddiżappuntati minħabba dewmien

It-Taqsima Ħaddiema tal-Gvern fi ħdan il-UĦM Voice of the Workers irreġistrat tilwima industrijali fl-Aġenzija tal-Qorti. It-taqsima waslet għal din id-deċiżjoni minħabba dewmien min-naħa tal-amministrazzjoni, u mill-Industrial Relations Unit sabiex jiġi konkluż id-dokument wara taħditiet li kienu saru dwar il-ftehim kollettiv. Barra min hekk hemm id-diżappunt kbir għal-mod ta’ kif qed jiġu ttrattati n-negozjati fil-konfront ta’…

Ħaddiema ta’ Steward u VGH jingħataw l-istess kundizzjonijiet bħall-impjegati tal-Gvern

Ħaddiema ta’ Steward Health Care se jibdew igawdu mill-istess drittijiet u kundizzjonijiet tax-xogħol bħall-impjegati tas-settur pubbliku bis-saħħa ta’ ftehim li ntlaħaq mill-UĦM Voice of the Workers. Josef Vella, CEO tal-UĦM iddeskriva dan l-iżvilupp bħala rebħa mhux biss għall-union u għall-ħaddiema, iżda wkoll għal dawk kollha li jemmnu fil-prinċipju ta’ ħlas indaqs għal xogħol indaqs. “Dan…