Il-UĦM Voice of the Workers issospendiet, b’mod temporanju, id-direttivi li ġew ordnati lill-parkers tal-G4S imseħbin fi ħdanha u li jaħdmu fl-Isptar Mater Dei. Id-direttivi kienu ġew ordnati nhar it-Tlieta li għadda għax il-kumpanija ma rrikonoxxietx lil din il-union biex tirrapreżenta lill-ħaddiema membri. Dan minkejja li l-UĦM għandha l-maġġoranza tal-ħaddiema tal-kumpanija mseħbin magħha. Id-direttivi wkoll kienu…
Category: Breaking News
Direttivi lill-parkers tal-G4S fl-Isptar Mater Dei
Il-UĦM Voice of the Workers ordnat direttivi lill-parkers li jaħdmu mal-kumpanija G4S fl-Isptar Mater Dei għax il-kumpanija ma rrikonoxxietx lil din il-union biex tirrapreżenta lill-ħaddiema membri fi ħdanha. Dan minkejja li l-UĦM għandha l-maġġoranza tal-ħaddiema tal-kumpanija mseħbin magħha. Id-direttivi wkoll ġew ordnati għax il-parkers tal-G4S fl-Isptar Mater Dei qed jaqilgħu paga differenti minn ħaddiema oħrajn…
L-elezzjoni ta’ nhar is-Sibt hi għażla bejn it-tajjeb u l-ħażin
“Nhar is-Sibt irridu nagħmlu għażla – bejn it-tajjeb u bejn il-ħażin…ejja ma nagħmlux l-iżball li nagħrfu x’inhu t-tajjeb, napprovawh imma ma nsegwuhx…anzi noqogħdu attenti biex nirrikonoxxu dak li hu tajjeb, napprovawh u sussegwentament insegwuh”. Dan qalu Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers, waqt il-programm “Jien Nagħżel Malta” fuq Net Television, nhar…
Il-Proposti tal-UĦM Voice of the Workers għal-Elezzjoni Ġenerali 2017
Il-UĦM Voice of the Workers ippreżentat l-proposti tagħha għall-manifest elettorali b’rabta mal-Elezzjoni Ġenerali li se ssir nhar is-Sibt 3 ta’ Ġunju 2017 Bit-tema ‘Il-Vuċi tagħna u ta’ Uliedna’, is-sitt proposti li qed tressaq il-UĦM Voice of the Workers jistgħu jgħinu ħafna biex ikollna pajjiż iktar ġust, b’saħħtu, ippreparat għall-isfidi kif ukoll li jkun lest li…
Il-UĦM Voice of the Workers u l-MAM b’dikjarazzjoni ta’ prinċipju
Il-UĦM Voice of the Workers kif ukoll l-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) qed jitolbu liż-żewġ partiti l-kbar sabiex, minnufih wara l-Elezzjoni Ġenerali, il-kuntratt ma’ Vitals Global Health Care ikun pubblikat b’mod sħiħ, u xejn ma jiġi moħbi. Dan kif diġà ġie deċiż b’mod unanimu fil-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi tal-Parlament, li l-kuntratti ma’ Vitals jiġu investigati mill-Awditur Ġenerali…
Jeskalaw id-direttivi għall-inġiniera li jaħdmu fl-impjanti tad-drenaġġ
L-inġiniera li jaħdmu fl-impjanti għat-tisfija tad-drenaġġ fi ħdan il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) għadhom mingħajr rimedju fuq id-diskriminazzjoni li qed tolqothom. In-news portal Voice of the Workers irrappurtat il-ġimgħa li għaddiet, fost oħrajn, li l-inġiniera qed jilmentaw għax qed jiġu ddiskriminati meta mqabbla ma’ ħaddiema oħra li jaħdmu fl-istess impjanti. Il-professjonisti ntebħu li mill-Ftehim Kollettiv li…
Solidarjeta’ mal-ħaddiema fl-impjant tal-WasteServ f’Sant’Antnin
Il-UĦM Voice of the Workers qed turi solidarjeta’ u toffri assistenza lill-membri u ħaddiema li huma stazzjonati fl-impjant tal-Wasteserv li jinsab f’Sant Antnin, Marsaskala. Din il-union tfaħħar il-mod kif ġiet ikkontrollata l-evakwazzjoni bl-għajnuna ta’ diversi impjegati, fosthom membri tal-kumitat tal-UĦM, kif ukoll voluntieri li baqgħu jgħinu fit-tifi tan-nirien. Minn informazzjoni li għandha din il-union, jidher…
Appell biex ikunu rranġati l-anomaliji fil-pensjonijiet tas-servizz
Issa li l-Gvern ħabbar id-data tal-elezzjoni ġenerali, it-Taqsima Pensjonanti fi ħdan UĦM Voice of the Workers tħoss li wara erba’ snin ta’ Gvern Laburista ma ġewx ikkoreġuti l-anomaliji li nħolqu fil-pensjonijiet ta’ dawk l-impjegati tas-servizz, hekk kif kien imwiegħed fil-Programm Elettorali tiegħu fl-2013. It-Taqsima tfakkar li fil-Programm Elettorali 2013, il-Partit Laburista f’pagna 79 Klawsola…
L-UE trid tpoġġi s-sussidjarjeta’ fil-prattika
“L-Unjoni Ewropea trid tkun rilevanti billi tpoġġi s-sussidjarjeta’ fil-prattika għax iċ-ċittadini mhumiex qed jingħataw vuċi, mhumiex qerd jingħataw widen. Li tkun ottimist hu tajjeb fil-ħajja imma mhux biżżejjed. L-UE trid taġixxi bis-serjeta’.” Dan qalu Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers fid-diskors tiegħu matul il-laqgħa tal-Grupp għall-Ħaddiema fi ħdan il-Kumitat Ekonomiku u…
Laqgħa mal-President tal-Grupp għall-Ħaddiema fi ħdan il-EESC
Il-UĦM Voice of the Workers u l-General Workers’ Union iltaqgħu ma’ Gabriele Bischoff, il-President tal-Grupp għall-Ħaddiema fi ħdan il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (EESC) fil-bini tal-GWU, il-Belt l-Erbgħa 10 ta’ Mejju 2017. Matul din il-laqgħa, li għaliha attendew fost oħrajn Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers, u Dr. Philip von Brockdorff,…
Recent Comments