fbpx

Cleaners fl-MCAST mhux se jibqgħu jitlfu l-leave wara intervent tal-UHM

Cleaners ma’ kuntrattur fl-MCAST mhux se jibqgħu jitilfu l-vacation leave tagħhom għax jaħdmu ħinijiet inqas fis-sajf, wara intervent tal-UHM Voice of the Workers.

Il-kwistjoni bdiet xhur ilu bejn it-Taqsima għas-Settur Privat fi ħdan il-UHM u l-kumpanija AGV Non Ferrous  Malta Ltd (AGV) li tħaddem numru ta’ cleaners fl-MCAST.

Jirriżulta li wara li f’Gunju tal-2023 kien hemm transfer of business, il-maġġoranza ta’ dawn il-ħaddiema issieħbu fil-UHM li mill-ewwel ħadet passi minħabba li l-kumpanija kienet qed tnaqqsilhom mill-vacation leave tagħhom, is-sigħat li kienu jaħdmu inqas fis-sajf. Dan kien ifisser li għal kull ġurnata xogħol, dawn  il-cleaners kienu qed jitilfu sagħtejn leave, b’riżultat li fix-xahrejn tas-sajf kienu qed jitilfu aktar minn ġimgħatejn leave.

Wara li l-UHM ma’ kellha l-ebda risposta kemm mill-AGV kif ukoll mid-Dipartiment tax-Xogħol u r-Relazzjonijiet Industrijali, ma kellhiex triq oħra għajr li tordna azzjonijiet industrijali li daħlu fis-seħħ fit-28 ta’ Mejju li għadda.

Dawn l-azzjonijiet  kienu suċċess u wasslu biex il-management ta’ AGV aċċetta sistema ta’ banking of hours li jfisser li l-ħaddiema ma kienux se jibqgħu isofru minn din l-inġustizzja għax ma kienux se jibqgħu jitilfu mil-leave.  

Il-UHM tinsab urtata għall-fatt f’din il-kwistjoni il-GWU li għandha r-rikonoxximent, mhux talli ma ħaditx passi, talli bagħtet uffiċjal ikellem lill-ħaddiema u jheddidhom li min kien se jieħu sehem fl-azzjoni industrijali msejħa mill-UHM fuq bażi individwali, ma kienx se jitħallas. Il-UHM tikkundanna l-mod li bih il-GWU ippruvat tieħu l-mertu ta’ din il-kisba, wara li kienet hi stess li għamlet il-bsaten fir-roti.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment